Salm 69:1-36

  • Jitlob biex jiġi salvat

    • “Iż-żelu għad-dar tiegħek hu bħal nar jaqbad ġo fija” (9)

    • “Wiġibni malajr” (17)

    • “Tawni l-ħall” (21)

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ġilji.” Għanja taʼ David. 69  Alla tiegħi, salvani, għax l-ilmijiet daqt jgħerrquni.*  2  Jien għeriqt f’ħama fond, fejn m’hemmx art soda. Jien spiċċajt f’ilmijiet fondi,U l-kurrent ġarrni miegħu.  3  Jien għejejt u nħnaqt ngħajjat għall-għajnuna;Il-vista tiegħi marret lura tant kemm ilni nistenna lil Alla biex jaġixxi.  4  Dawk li jobogħduni għalxejn huma iktar mix-xagħar taʼ rasi. Dawk li jixtiequ joqtluni, l-għedewwa qarrieqa tiegħi,* żdiedu ħafna. Kelli nagħti dak li ma sraqtx.  5  Alla tiegħi, int taf kemm jien iblahU taʼ xiex jien ħati.  6  Is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati,Jalla dawk li jittamaw fik ma jkollhomx għalfejn jistħu minħabba fija. Alla t’Iżrael,Jalla dawk li jfittxuk ma jiġux umiljati minħabba fija.  7  In-nies jgħajruni għax naqdik;Jien vera ġejt umiljat.  8  Jien sirt stranġier għal ħuti;Sirt barrani għat-tfal t’ommi.  9  Iż-żelu għad-dar tiegħek hu bħal nar jaqbad ġo fija,U t-tmaqdir taʼ dawk li jmaqdru lilek ġie fuqi. 10  Meta umiljajt ruħi u somt,*Ġejt ikkritikat. 11  Meta lbist ħwejjeġ tal-ixkora,Ġejt imwaqqaʼ għaċ-ċajt.* 12  Jien qiegħed fi lsien dawk bilqiegħda f’bieb il-belt. Dawk fis-sakra jkantaw dwari. 13  Imma jalla t-talba tiegħi tasal għandek f’ħin li turini ħniena, Ġeħova. Alla tiegħi, uri li int il-wieħed leali li ssalvani,Għax int turi mħabba u lealtà.* 14  Eħlisni mill-ħama;Tħallinix negħreq. Eħlisni minn dawk li jobogħduniU mill-ilmijiet fondi. 15  Tħallix il-kurrent qawwi tal-ilma jġorrni miegħu,Tħallinix negħreq f’ilma fond,U tħallix il-bir* jiblagħni. 16  Wiġibni Ġeħova, għax int tħobbni.* Agħti kasi għax int ħanin ħafna, 17  U taħbix wiċċek minni. Wiġibni malajr għax qiegħed f’sitwazzjoni diffiċli. 18  Ejja qrib u eħlisni;*Salvani* mill-għedewwa tiegħi. 19  Int taf kemm qed niġi mgħajjar, iddiżonorat, u umiljat. Int tara l-għedewwa kollha tiegħi. 20  It-tgħajjir qasamli qalbi, u l-ferita ma tistax tfiq.* Kont qed nittama li xi ħadd jifhimni, imma ma kien hemm ħadd,U li nsib lil xi ħadd li jinkuraġġini, imma ma sibt lil ħadd. 21  Imma minflok ikel, tawni velenu,*U xħin qabadni l-għatx, tawni l-ħall. 22  Jalla l-mejda tagħhom issir nassa għalihom,U l-ħafna ġid li għandhom isir nasba. 23  Jalla ma jibqgħux jaraw,U jalla* jitriegħdu l-ħin kollu bil-biżaʼ. 24  Uri r-rabja tiegħek lejhom,U jalla r-rabja kbira tiegħek tilħaqhom. 25  Jalla l-post fejn jgħixu* jsir ħerba;Ħa ma jgħix ħadd fit-tined tagħhom. 26  Għax huma jiġru wara dak li int weġġajt,U jibqgħu jitkellmu dwar it-tbatija li int ġibt fuq xi nies. 27  Ħa jkunu iktar ħatja milli huma,U jalla ma jibbenefikawx mill-ġustizzja tiegħek. 28  Ħa jiġi mħassar isimhom mill-ktieb tal-ħajja,*U ħa ma jitniżżilx maʼ tal-ġusti. 29  Alla tiegħi, jien muġugħ u qed inbati. Jalla ssalvani u tipproteġini. 30  Jien se nfaħħar bil-kant isem Alla,U se nagħtih glorja u nirringrazzjah. 31  Għal Ġeħova dan ikun aħjar minn barri,Aħjar minn barri żgħir* bil-qrun u d-dwiefer. 32  L-umli se jifirħu meta jaraw il-qawwa li Alla għandu biex isalva. Agħmlu l-kuraġġ, intom li qed tfittxu lil Alla. 33  Għax Ġeħova qed jismaʼ lill-foqra,U mhux se jobgħod lin-nies tiegħu li huma lsiera. 34  Ħa jfaħħruh is-sema u l-art,U l-baħar u kulma hemm fih. 35  Għax Alla se jsalva lil SijonU se jerġaʼ jibni l-bliet taʼ Ġuda. L-art se jagħtiha lin-nies tiegħu u se jgħixu fiha. 36  Dawk li jiġu mill-qaddejja tiegħu se jirtuha,U dawk li jħobbu lil ismu se jgħixu fiha.

Noti taʼ taħt

Jew “telgħu sa ruħi.”
Jew “l-għedewwa tiegħi għalxejn b’xejn.”
Jew “Il-Mulej Sovran.”
Jew forsi “Meta bkejt u somt.”
Letteralment “Sirt proverbju għalihom.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “il-ħofra.”
Jew “turini mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Ersaq qrib ruħi u salvaha.”
Letteralment “Ifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “u wasalt biex niddispra.”
Jew “pjanta velenuża.”
Letteralment “jalla ġenbejhom.”
Jew “il-kamp tagħhom imdawwar bil-ħitan.”
Jew “mill-ktieb tal-ħajjin.”
Jew “għoġol.”