Salm 76:1-12
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja t’Asaf.
76 Alla hu magħruf f’Ġuda;Ismu hu kbir f’Iżrael.
2 Il-post taʼ kenn tiegħu qiegħed f’Salem,U hu jgħix f’Sijon.
3 Hemmhekk hu kisser il-vleġeġ jaqbdu,It-tarka, ix-xabla, u armi oħra tal-gwerra. (Sela)
4 Alla tiegħi, int tiddi ħafna;Int impressjonanti iktar mill-muntanji li jgħixu fihom l-annimali slavaġ.
5 Lill-kuraġġużi serqulhom kulma kellhom.
Huma mietu;*Il-gwerriera kollha ma setgħu jagħmlu xejn.
6 Alla taʼ Ġakobb, meta int heddidthomMietu* kemm is-sewwieqa tal-karru u kemm iż-żwiemel.
7 Int biss tqanqal il-biżaʼ.
Min jiflaħ għar-rabja kbira tiegħek?
8 Mis-sema int għedt x’inhu l-ġudizzju fuq l-għedewwa tiegħek.
In-nies tal-art beżgħu u baqgħu kwieti
9 Meta Alla aġixxa biex jagħmel ġudizzju,Biex isalva lill-umli kollha tal-art. (Sela)
10 Meta n-nies jirrabjaw, din tkun opportunità għalik biex tiġi mfaħħar;Meta jibqgħu rrabjati, din tkun opportunità għalik biex tiġi gglorifikat.
11 Meta int twiegħed xi ħaġa lil Ġeħova l-Alla tiegħek, qis li żżomm kelmtek.
Ħa jġibu r-rigal tagħhom b’rispett kbir* dawk li joqogħdu fit-territorji viċin.
12 Hu se jumilja lill-mexxejja kburin;*Se jġiegħel lir-rejiet tal-art jibżgħu.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “raqdu.”
^ Letteralment “Raqdu.”
^ Letteralment “bil-biżaʼ.
^ Letteralment “l-ispirtu tal-mexxejja.”

