Salm 43:1-5

  • Alla jagħti salvazzjoni bħala Mħallef

    • “Ibgħat id-dawl u l-verità tiegħek” (3)

    • “Għala jien iddisprat?” (5)

    • “Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi” (5)

43  Iġġudikani, Alla tiegħi,Iddefendi l-każ tiegħi kontra poplu li mhux leali. Eħlisni min-nies li jqarrqu u li jagħmlu dak li mhux sew.  2  Għax int l-Alla tiegħi, il-fortizza tiegħi. Għala warrabtni? Għala għandi nkun imdejjaq minħabba li l-għedewwa jaħqruni?  3  Ibgħat id-dawl u l-verità tiegħek. Jalla jmexxuni;Jalla jiggwidawni lejn il-muntanja qaddisa u t-tabernaklu kbir tiegħek.  4  Imbagħad se nasal ħdejn l-artal tiegħek, Alla tiegħi;Alla tiegħi, int il-wieħed li tferraħni. Jien se nfaħħrek bl-arpa, Alla tiegħi.  5  Għala jien* iddisprat? Għala jien inkwetat? Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi. Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi u l-Alla tiegħi.

Noti taʼ taħt

Jew “ruħi.”