Salm 146:1-10

  • Afda f’Alla, mhux fil-bniedem

    • Meta n-nies imutu, il-ħsibijiet tagħhom jisparixxu (4)

    • Alla jsaħħaħ lil dawk imtaqqlin bl-inkwiet (8)

146  Faħħru lil Jah!* Jien* se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha.  2  Jien se nfaħħar lil Ġeħova tul ħajti kollha. Se nfaħħar bil-kant lil* Alla kemm indum ħaj.  3  Tafdawx lill-mexxejja* u lanqas nies oħrajn,Għax ma jistgħux isalvawkom.  4  Meta ma jibqgħux jieħdu n-nifs,* dawn jerġgħu jsiru trab;Dakinhar stess il-ħsibijiet tagħhom jisparixxu.  5  Ferħan hu dak li jitlob lill-Alla taʼ Ġakobb għall-għajnuna,Li jittama f’Ġeħova l-Alla tiegħu.  6  Alla hu Dak li Għamel is-sema, l-art,Il-baħar, u kulma fihom,U Hu dejjem leali.  7  Alla hu Dak li jagħmel ġustizzja maʼ min ġie mqarraqU Dak li jagħti l-ħobż lil min hu bil-ġuħ. Ġeħova qed jeħles lill-priġunieri.*  8  Ġeħova qed jiftaħ għajnejn dawk li ma jarawx;Ġeħova qed isaħħaħ lil dawk imtaqqlin bl-inkwiet;Ġeħova jħobb lil min hu ġust.  9  Ġeħova jipproteġi lir-residenti barranin;Hu jappoġġa lill-orfni* u lill-armla,Imma jħarbat il-pjanijiet* tal-ħżiena. 10  Ġeħova se jkun Re għal dejjem,L-Alla taʼ Sijon se jibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra. Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Jew “Ruħi.”
Jew “Se ndoqq il-mużika għal.”
Jew “lin-nobbli.”
Jew “l-ispirtu tagħhom joħroġ.”
Letteralment “lill-marbutin.”
Letteralment “lit-tifel bla missier.”
Jew “jgħawweġ it-triq.”
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.