Salm 24:1-10

  • Ir-Re glorjuż jidħol mill-bibien tal-belt

    • ‘Id-dinja hi taʼ Ġeħova’ (1)

Għanja taʼ David. 24  Id-dinja u kulma hemm fiha huma taʼ Ġeħova,L-art u kull min jgħix fiha huma tiegħu.  2  Hu poġġieha fis-sod fl-ibħraU bnieha fix-xmajjar.  3  Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-muntanja taʼ Ġeħova,U min jistaʼ jkun fil-post qaddis tiegħu?  4  Alla jgħid: “Kull min hu innoċenti u sinċier,Min ma ħalifx b’mod falz Bija,*U li ma ħalifx biex iqarraq b’xi ħadd.”  5  Hu jiġi mbierek minn ĠeħovaU jiġi kkunsidrat ġust mill-Alla li jsalvah.  6  Din hi l-ġenerazzjoni taʼ dawk li jfittxu lilek,Taʼ dawk li jfittxu l-approvazzjoni tiegħek,* l-Alla taʼ Ġakobb. (Sela)  7  Iftħu l-bibien ħalli jidħol ir-Re glorjuż,Iftħu l-bibien antiki tal-belt!  8  Min hu r-Re glorjuż? Hu Ġeħova, li hu b’saħħtu ħafna,Ġeħova, li ħadd ma jibda miegħu fil-gwerer.  9  Iftħu l-bibien ħalli jidħol ir-Re glorjuż,Iftħu l-bibien antiki tal-belt! 10  Min hu r-Re glorjuż? Ġeħova tal-armati hu r-Re glorjuż! (Sela)

Noti taʼ taħt

Jew “b’Ħajti; b’Ruħi.” Din tirreferi għall-ħajja taʼ Ġeħova.
Letteralment “lil wiċċek.”