Salm 137:1-9
137 Aħna qgħadna bilqiegħda ħdejn ix-xmajjar taʼ Babilonja.
Tgħidx kemm bkejna meta ftakarna f’Sijon.
2 F’nofsha* dendilna l-arpi tagħnaMas-siġar tal-luq.
3 Hemmhekk dawk li kienu qed iżommuna priġunieri riduna nkantawlhom,Dawk li bdew iwaqqgħuna għaċ-ċajt riedu jiddieħqu bina u qalulna:
“Kantawlna waħda mill-għanjiet taʼ Sijon.”
4 Kif nistgħu nkantaw l-għanja taʼ ĠeħovaF’art barranija?
5 Jekk ninsa lil Ġerusalemm,Jalla ma nkun nistaʼ nagħmel xejn b’idi l-leminija.*
6 Jalla lsieni jeħel mas-saqaf taʼ ħalqi,Jekk ma niftakarx lil Ġerusalemm,Jekk ma nqishiex iktar importantiMinn kull ħaġa oħra li tferraħni.
7 Ġeħova, ftakar x’qalu l-Edomin dakinhar li waqgħet Ġerusalemm:
“Ħarbtuha! Ħarbtuha sal-pedamenti tagħha!”
8 Ferħan se jkun dak li jittratta lill-belt taʼ Babilonja,Li daqt se tinqered,Bl-istess mod li hi ttrattat lilna.
9 Ferħan se jkun dak li jaqbad lit-tfal tagħhaU jfarrakhom mal-blat.

