Salm 15:1-5

  • Min jistaʼ jkun mistieden fit-tinda taʼ Ġeħova?

    • Hu jgħid il-verità f’qalbu (2)

    • Hu ma jimmalafamax (3)

    • Hu jżomm kelmtu anki meta ma jkunx jaqbillu (4)

Għanja taʼ David. 15  Ġeħova, min jistaʼ jkun mistieden fit-tinda tiegħek? Min jistaʼ jgħix fuq il-muntanja qaddisa tiegħek?  2  Dak li hu bla ħtija,*Li jagħmel dak li hu tajjeb,U jgħid il-verità f’qalbu.  3  Hu ma jimmalafamax,Ma jagħmilx ħsara lil ħaddieħor,U ma jaqlax qlajjaʼ fuq sħabu.*  4  Hu ma jagħmilhiex maʼ min hu kattiv,Imma jonora lil dawk li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova. Hu jżomm kelmtu* anki meta ma jkunx jaqbillu.  5  Hu ma jsellifx flus bl-imgħaxU ma jaċċettax tixħim kontra l-innoċenti. Bniedem bħal dan qatt mhu se jitfixkel.*

Noti taʼ taħt

^ Jew “li hu leali.”
^ Jew “ma jġegħelx lil sħabu jistħu.”
^ Letteralment “li jibżgħu minn.”
^ Letteralment “il-ħalfa tiegħu.”
^ Jew “mhu se jogħtor (jitriegħed).”