Salm 104:1-35

  • Ifaħħar lil Alla għall-ħolqien meraviljuż tiegħu

    • L-art tibqaʼ għal dejjem (5)

    • Inbid u ħobż għan-nies (15)

    • “Kemm għamilt affarijiet!” (24)

    • ‘Jekk jittiħdilhom in-nifs, imutu’ (29)

104  Jien* se nfaħħar lil Ġeħova. Ġeħova Alla tiegħi, int kbir ħafna. Int għandek* glorja u ġmiel.*  2  Int imdawwar bid-dawl bħallikieku bil-ħwejjeġ;Int frixt is-sema bħal drapp tat-tined.  3  Int tibni l-kmamar taʼ fuq tiegħek fuq is-sħab,*Tagħmel is-sħab karru għalik,U timxi fuq ir-riħ.  4  Int tagħmel lill-anġli, il-qaddejja tiegħek, b’saħħithom.* Int tagħmilhom bħal nar li jaħraq.  5  Int qegħedt l-art fuq il-pedamenti tagħha;Din qatt mhu se tiċċaqlaq minn postha.  6  Int għattejtha b’ilmijiet fondi bħallikieku b’libsa. L-ilmijiet għattew il-muntanji.  7  Meta għajjatt magħhom, l-ilmijiet ħarbu;Meta semgħu r-ragħad tiegħek, ħarbu ppanikjati.  8  Dawn marru fil-post li għażiltilhom int,U l-muntanji għolew u l-widien niżlu.  9  Int għamilt limitu għall-ilmijiet li ma jistgħux jaqbżuh. B’hekk qatt mhu se jerġgħu jgħattu l-art. 10  Int tibgħat l-ilma fil-widien;Dan jgħaddi minn bejn il-muntanji. 11  Minnu jixorbu l-annimali slavaġ;Il-ħmir slavaġ ma jibqgħux bil-għatx. 12  L-għasafar jagħmlu l-bejta ħdejn l-ilma;Huma jgħannu minn qalb il-friegħi tas-siġar b’saħħithom. 13  Int qed issaqqi l-muntanji mill-kmamar taʼ fuq tiegħek. L-art mimlija bil-frott tax-xogħol tiegħek. 14  Int qed tkabbar il-ħaxix għall-imrieħel,U tagħti l-ħxejjex lin-nies. Int qed tagħmel dan biex l-art tipproduċi ikel, 15  Inbid li jferraħ qalb in-nies,Żejt li jagħmel wiċċ in-nies ileqq,U ħobż li jagħtihom is-saħħa. 16  Ġeħova, is-siġar taċ-ċedri tal-Libanu li ħawwilt intGħandhom ħafna ilma. 17  Hemmhekk l-għasafar jagħmlu l-bejta. Id-dar taċ-ċikonja qiegħda fis-siġar tal-ġnibru. 18  Il-muntanji għoljin huma għall-mogħoż tal-muntanji;Il-blat jistkennu fih il-fniek tad-deżert. 19  Int għamilt il-qamar biex juri l-istaġuni;Ix-xemx taf sew meta għandha tinżel. 20  Int iġġib id-dlam u jibda l-lejl. Dak il-ħin, l-annimali slavaġ kollha tal-foresta joħorġu. 21  L-iljuni b’saħħithom jgħajtu waqt li jfittxu x’jieklu. Huma jfittxu l-ikel li tipprovdilhom int. 22  Meta titlaʼ x-xemx,Huma jmorru lura fil-post fejn joqogħdu u jimteddu hemm. 23  In-nies joħorġu għax-xogħolU jibqgħu jaħdmu sa filgħaxija. 24  Kemm għamilt affarijiet Ġeħova! Int għamilthom kollha bl-għerf tiegħek. L-art hi mimlija b’dak li għamilt. 25  Hemm il-baħar li hu kbir u wiesaʼ,Mimli b’ħafna ħlejjaq kbar u żgħar. 26  Il-vapuri jivvjaġġaw fih;U jilgħab fih il-Levjatan* li int ħlaqt. 27  Il-ħlejjaq kollha jistrieħu fuqekBiex tagħtihom l-ikel meta jkollhom bżonnu. 28  Dawn jieklu li tagħtihom. Meta tiftaħ idek, jixbgħu bl-affarijiet tajbin li tipprovdilhom. 29  Jekk taħbi wiċċek minnhom, huma jitħawdu. Jekk tiħdilhom in-nifs,* imutu u jerġgħu jsiru trab. 30  Jekk tibgħat l-ispirtu qaddis tiegħek, dawn jiġu maħluqin,U int terġaʼ tagħti l-ħajja lill-art. 31  Il-glorja taʼ Ġeħova se tibqaʼ għal dejjem. Ġeħova se jifraħ b’dak li għamel. 32  Hu jħares lejn l-art, u din titriegħed;Imiss il-muntanji, u dawn idaħħnu. 33  Jien se nkanta lil Ġeħova tul ħajti kollha;Se nfaħħar bil-kant* lill-Alla tiegħi sakemm indum ħaj. 34  Jalla jieħu pjaċir b’dak li naħseb.* Jien se nifraħ b’Ġeħova. 35  Il-midinbin* se jisparixxu mill-artU l-ħżiena ma jibqgħux jeżistu. Jien* se nfaħħar lil Ġeħova. Ħa jkun imfaħħar Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “Ruħi.”
Letteralment “Int imlibbes bi.”
Jew “dinjità.”
Letteralment “fl-ilmijiet.”
Letteralment “spirti.”
Jew “l-ispirtu.”
Jew “indoqq il-mużika.”
Jew forsi “Ħa tkun il-meditazzjoni tiegħi dwaru pjaċevoli.”
Jew “In-nies li jagħmlu d-dnub.”
Jew “Ruħi.”
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.