Salm 140:1-13

  • Ġeħova hu l-Wieħed b’saħħtu li jsalva

    • In-nies ħżiena huma bħas-sriep (3)

    • In-nies vjolenti se jinqerdu (11)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 140  Ġeħova, salvani min-nies ħżiena;Ipproteġini minn dawk vjolenti,  2  Dawk li jippjanaw il-ħażen f’qalbhomU jaqilgħu l-inkwiet il-ġurnata kollha.  3  Ilsienhom hu bħal taʼ serp;Dak li jgħidu jagħmel ħsara bħal velenu taʼ serp. (Sela)  4  Ġeħova, ipproteġini minn id il-ħżiena;Iddefendini min-nies vjolenti,Dawk li jippjanaw biex jagħmluli l-ħsara.  5  Il-kburin ħbewli nasba;Bil-ħbula huma firxu xibka minn fejn ngħaddi. Huma qiegħdu nases għalija. (Sela)  6  Jien ngħid lil Ġeħova: “Int l-Alla tiegħi. Ġeħova, ismagħni meta ngħajjatlek bil-ħniena għall-għajnuna.”  7  Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* int il-Wieħed b’saħħtek li ssalvani,Int tipproteġini* fil-battalja.  8  Ġeħova, taqtax ix-xewqa tal-ħżiena. Tħallix il-pjanijiet tagħhom jirnexxu, ħalli ma jitkabbrux. (Sela)  9  Jalla l-affarijiet ħżiena li qalu kontrija dawk taʼ madwari,Jiġu fuqhom. 10  Jalla tagħmel xita taʼ ġamar jaqbad fuqhom. Jalla jiġu mitfugħin fin-nar. Jalla jitwaddbu f’ħofor fondi,* biex ma jerġgħux jitilgħu. 11  Jalla dawk li jimmalafamaw ma jirnexxux. Jalla n-nies vjolenti jbatu u jinqerdu. 12  Jien naf li Ġeħova se jiddefendi lill-batutiU jara li ssir ġustizzja mal-foqra. 13  Il-ġusti żgur li se jirringrazzjaw lil ismek;Dawk onesti dejjem se jkunu qrib tiegħek.*

Noti taʼ taħt

Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”
Jew “tipproteġi lil rasi.”
Jew “fi bjar bl-ilma.”
Jew “quddiemek.”