Salm 14:1-7

  • Jiddeskrivi l-boloh

    • “Ġeħova ma jeżistix” (1)

    • “Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb” (3)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 14  Il-boloh* jgħidu f’qalbhom: “Ġeħova ma jeżistix.” Huma ħżiena u jagħmlu affarijiet mill-agħar. M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.  2  Imma Ġeħova jħares mis-sema lejn il-bnedminBiex jara jekk hemmx xi ħadd li hu għaqli,U jekk hemmx xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.  3  Ħadd ma baqaʼ jagħmel dak li hu sew;Kollha huma korrotti. Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb,Lanqas wieħed li hu wieħed.  4  Kif ħadd mill-ħżiena ma jifhem? Huma jibilgħu lin-nies t’Alla bħallikieku qed jieklu l-ħobż. Dawn ma jitolbux lil Ġeħova.  5  Imma huma se jitwerwru,Għax Ġeħova qiegħed man-naħa tat-tajbin.*  6  Intom il-ħżiena tipprovaw tħarbtu l-pjanijiet tal-batuti,Imma Ġeħova hu l-post taʼ protezzjoni tagħhom.  7  Jalla s-salvazzjoni t’Iżrael tiġi minn Sijon! Jalla Ġakobb u Iżrael jifirħuMeta Ġeħova jiġbor lura n-nies tiegħu li huma lsiera.

Noti taʼ taħt

Jew “Dawk bla sens.”
Letteralment “mal-ġenerazzjoni tal-ġusti.”