Salm 56:1-13

  • Jitlob meta jiġi ppersegwitat

    • “Alla tiegħi, jien nafda fik” (4)

    • “Id-dmugħ tiegħi fil-flixkun tiegħek tal-ġilda” (8)

    • “X’jistaʼ jagħmilli sempliċi bniedem?” (4,11)

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ħamiema Silenzjuża li Qiegħda ’l Bogħod.” Miktam* taʼ David, meta l-Filistin qabduh f’Gat. 56  Alla tiegħi, ħenn għalija għax in-nies qed jattakkawni.* Huma jiġġieldu miegħi u jaħqruni l-ġurnata kollha.  2  L-għedewwa tiegħi jipprovaw jibilgħuni l-ġurnata kollha. Ħafna jiġġieldu miegħi bi kburija.  3  Meta nibżaʼ, nafda fik.  4  Alla tiegħi, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek. Alla tiegħi, jien nafda fik u mhux se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli sempliċi bniedem?  5  Huma jaqilgħuli l-inkwiet il-ġurnata kollha;Ħsiebhom biss biex iweġġgħuni.  6  Huma jistaħbew biex jattakkawni;Joqogħdu għassa għal kull pass li nagħmel,U jittamaw li joqtluni.  7  Agħtihom dak li ħaqqhom minħabba l-ħażen tagħhom. Alla tiegħi, ikkastiga lill-popli waqt li tkun irrabjat.  8  Għalkemm jien maħrub, int taf b’kull pass li nagħmel. Jekk jogħġbok, erfaʼ d-dmugħ tiegħi fil-flixkun tiegħek tal-ġilda. Int ktibt dwar it-tbatija li għaddejt minnha jien fil-ktieb tiegħek.  9  Dakinhar li ngħajjat għall-għajnuna, l-għedewwa tiegħi se jaħarbu. Jien ċert li int fuq in-naħa tiegħi. 10  Alla tiegħi, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek. Ġeħova, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek. 11  Alla tiegħi, jien nafda fik u mhux se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli sempliċi bniedem? 12  Alla tiegħi, jien marbut bil-wegħdi li għamiltlek. Bħala sagrifiċċju, jien se noffri l-apprezzament tiegħi. 13  Għax int ħlistni* mill-mewt u ma ħallejtnix nitfixkel,Biex b’hekk naqdik,* Alla tiegħi.

Noti taʼ taħt

Jew “jipprovaw jibilgħuni.”
Jew “ħlist lil ruħi.”
Jew “nimxi quddiemek.”