Salm 125:1-5

  • Ġeħova jipproteġi l-poplu tiegħu

    • “Bħalma l-muntanji huma madwar Ġerusalemm” (2)

    • “Jalla jkun hemm il-paċi f’Iżrael” (5)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 125  Dawk li jafdaw f’ĠeħovaHuma bħall-Muntanja Sijon, li ma tistax tiċċaqlaq minn posthaImma se tibqaʼ għal dejjem.  2  Bħalma l-muntanji huma madwar Ġerusalemm,Ġeħova hu madwar il-poplu tiegħuIssa u għal dejjem.  3  Il-ħżiena mhux se jkomplu jmexxu fuq it-tajbin,Ħalli t-tajbin ma jibdewx jagħmlu l-ħażen.  4  Ġeħova, agħmel it-tajjeb man-nies tajbin,Maʼ dawk li huma onesti f’qalbhom.  5  Imma lil dawk li jaqbdu triq ħażina,Ġeħova se jeqridhom mal-kumplament tal-ħżiena. Jalla jkun hemm il-paċi f’Iżrael.

Noti taʼ taħt