Salm 41:1-13

  • Talba taʼ wieħed marid

    • Alla jgħin lill-morda (3)

    • Ittradut minn ħabib tal-qalb (9)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 41  Ferħan ikun min jgħin lill-batut;Ġeħova se jeħilsu f’jum it-tbatija.  2  Ġeħova se jipproteġih u jżommu ħaj. Oħrajn se jindunaw li hu ferħan;Alla qatt mhu se jagħtih f’idejn l-għedewwa* tiegħu.  3  Meta jkun marid fuq is-sodda, Ġeħova mhux se jabbandunah;Hu se jieħu ħsiebu matul dan iż-żmien.  4  Għax jien għedt: “Ġeħova, ħenn għalija. Fejjaqni,* għax jien dnibt kontrik.”  5  Bi ħdura l-għedewwa tiegħi jgħidu dwari: “Iġri jmut ħalli ismu jintesa.”  6  Jekk wieħed minnhom jiġi jarani, ma jkunx sinċier f’dak li jgħid. Hu jiġbor informazzjoni li tweġġaʼ dwari,Imbagħad joħroġ u jgħidha lil kulħadd.  7  Dawk kollha li jobogħduni jitkellmu bejniethom minn taħt l-ilsien;Huma qed jippjanaw li jweġġgħuni u jgħidu:  8  “Ġiet fuqu xi ħaġa tal-biżaʼ;Issa li qiegħed mixħut fis-sodda, mhux se jirkupra.”  9  Anki l-ħabib tal-qalb tiegħi, li kont nafdah,U li kien jiekol miegħi, dar kontrija.* 10  Imma int ħenn għalija u fejjaqni, Ġeħova,Ħalli nkun nistaʼ nikkastigahom għal dak li għamlu. 11  Meta l-għadu tiegħi ma jkunx jistaʼ jirbaħli,Inkun naf li int ferħan bija. 12  Int se tappoġġani għax jien leali lejk,U se tkun kuntent bija għal dejjem. 13  Jalla Ġeħova l-Alla t’Iżrael jiġi mfaħħarGħall-eternità kollha. Ammen u Ammen.

Noti taʼ taħt

Jew “jitilqu għax-xewqa tal-għedewwa.”
Jew “Fejjaqli ruħi.”
Letteralment “għolla għarqubu kontrija.”