Salm 4:1-8

  • Jitlob waqt li juri fidi f’Alla

    • “Jekk tirrabjaw, tidinbux” (4)

    • ‘Jien se norqod b’moħħi mistrieħ’ (8)

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja taʼ David. 4  Alla ġust tiegħi, wiġibni meta ngħajjatlek. Għinni noħroġ minn* żmien diffiċli. Ħenn għalija u ismaʼ t-talba tiegħi.  2  Intom il-bnedmin, kemm se ddumu tumiljawni minflok ma tonorawni? Kemm se ddumu tigdbu u tħobbu dak li ma jiswa xejn? (Sela)  3  Kunu afu li Ġeħova jittrattah b’mod speċjali lil-leali tiegħu;*Ġeħova se jismagħni meta ngħajjatlu.  4  Jekk tirrabjaw, tidinbux. Imteddu fis-sodda tagħkom għall-kwiet u mmeditaw f’qalbkom. (Sela)  5  Kull sagrifiċċju li toffru lil Alla, offruh b’intenzjoni tajba,U afdaw f’Ġeħova.  6  Ħafna qed jgħidu: “Min se jagħtina żmien aħjar?” Jalla turina qalb tajba, Ġeħova!  7  Int tferraħli qalbiIktar minn dawk li għandhom ammont kbir taʼ ċereali* u nbid ġdid.  8  Jien se nimtedd u norqod b’moħħi mistrieħ,Għax int biss tagħtini protezzjoni, Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Jew “Oħroġni fil-wisaʼ fi.”
Jew “jagħżel għalih lil-leali tiegħu.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.