Salm 135:1-21

  • Faħħru lil Jah għax hu kbir

    • Sinjali u mirakli kontra l-Eġittu (8, 9)

    • “Ismek jibqaʼ għal dejjem” (13)

    • Idoli bla ħajja (15-18)

135  Faħħru lil Jah!* Faħħru isem Ġeħova;Faħħru lil Ġeħova, qaddejja tiegħu,  2  Intom li qed taqdu fid-dar taʼ Ġeħova,Fil-btieħi tad-dar tal-Alla tagħna.  3  Faħħru lil Jah, għax Ġeħova hu tajjeb. Faħħru bil-kant lil* ismu, għax dan hu pjaċevoli.  4  Għax Jah għażel lil Ġakobb għalih,Lil Iżrael bħala l-poplu speċjali* tiegħu.  5  Għax jien naf sew li Ġeħova hu kbir;Il-Mulej tagħna hu akbar mill-allat l-oħrajn kollha.  6  Ġeħova jagħmel kulma jogħġbuFis-sema, fl-art, fil-baħar, u fl-ilmijiet fondi.  7  Hu jġiegħel is-sħab* jitlaʼ mit-truf tal-art;Hu jibgħat is-sajjetti max-xita;*Hu joħroġ ir-riħ mill-imħażen tiegħu.  8  Hu qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,Sew tan-nies u sew tal-annimali.  9  Hu għamel sinjali u mirakli fl-Eġittu,Kontra l-Fargħun u l-qaddejja kollha tiegħu. 10  Hu għeleb lil ħafna popliU qatel rejiet b’saħħithom: 11  Lil Siħon ir-re tal-Amurrin,Għog ir-re tal-Basan,U s-saltniet kollha taʼ Kangħan. 12  Hu ta l-art tagħhom bħala wirt,Bħala wirt lill-poplu tiegħu Iżrael. 13  Ġeħova, ismek jibqaʼ għal dejjem. Ġeħova, int* se tibqaʼ magħruf tul il-ġenerazzjonijiet kollha. 14  Għax Ġeħova se jiddefendi* l-poplu tiegħuU se tiġih ħniena* mill-qaddejja tiegħu. 15  L-idoli tal-popli huma tal-fidda u d-deheb,Magħmulin mill-bniedem. 16  Għandhom ħalq, imma ma jistgħux jitkellmu;Għandhom għajnejn, imma ma jistgħux jaraw; 17  Għandhom widnejn, imma ma jistgħux jisimgħu. Huma ma jiħdux nifs. 18  In-nies li jagħmluhom se jsiru bħalhom,U anki dawk kollha li jafdaw fihom. 19  Dar t’Iżrael, faħħru lil Ġeħova. Dar t’Aron, faħħru lil Ġeħova. 20  Dar taʼ Levi, faħħru lil Ġeħova. Intom li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova, faħħru lil Ġeħova. 21  Jalla Ġeħova jiġi mfaħħar minn Sijon,Dak li jgħix Ġerusalemm. Faħħru lil Jah!

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Jew “Doqqu l-mużika għal.”
Jew “il-propjetà prezzjuża.”
Jew “il-fwar.”
Jew forsi “għamel bibien għax-xita.”
Jew “ismek.”
Jew “jiddefendi l-kawża taʼ.”
Jew “se jiddispjaċih.”
Letteralment “tibżgħu minn.”