Salm 88:1-18

  • Jitlob biex ma jmutx

    • “Wasalt biex immut” (3)

    • ‘Kull filgħodu nitolbok’ (13)

Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Lid-direttur; fuq l-istil taʼ Maħalat,* biex titkanta waħda wara l-oħra. Maskil* taʼ Ħeman l-Eżraħi. 88  Ġeħova, l-Alla li ssalvani,Jien ngħajjatlek għall-għajnuna lejl u nhar.  2  Ħa tasal għandek it-talba tiegħi. Ismagħni* meta ngħajjatlek għall-għajnuna.  3  Għax ħajti* mimlija inkwiet,U wasalt biex immut.*  4  In-nies diġà qed iqisuni fost dawk li neżlin fil-ħofra;*Sirt bħal raġel bla saħħa  5  Li tħalla fost il-mejtin. Sirt bħan-nies maqtulin li qegħdin f’qabarLi int m’għadekx tiftakarhomU li m’għadx għandhom l-għajnuna tiegħek.  6  Int qegħedtni fl-iktar ħofra fonda,F’postijiet mudlama, f’abbiss kbir.  7  Int irrabjat ħafna miegħi. Qed inħossok tkissirni,Qisek qed titfaʼ mewġ kbir kontrija. (Sela)  8  Int keċċejt ’il bogħod minni lil dawk li naf;Int għamiltni bħal xi ħaġa moqżieża għalihom. Jien inħossni qiegħed f’nassa u ma nistax naħrab.  9  Għajnejja ddgħajfu minħabba t-tbatija tiegħi. Jien ngħajjatlek għall-għajnuna l-ġurnata kollha, Ġeħova;Jien lilek nitlob. 10  Jistgħu l-mejtin jaraw il-mirakli tiegħek? Jistgħu l-mejtin iqumu u jfaħħruk? (Sela) 11  Se tiġi mxandra l-imħabba* tiegħek fil-qabar,Jew il-lealtà tiegħek fil-post tal-qerda?* 12  Se jsiru jafu bl-affarijiet meraviljużi tiegħek fid-dlam? U se jsiru jafu dwar il-ġustizzja tiegħek fl-art taʼ dawk minsijin? 13  Imma jien xorta għadni ngħajjat lilek għall-għajnuna, Ġeħova,Kull filgħodu t-talba tiegħi tiġi għandek. 14  Ġeħova, għala twarrabni?* Għala taħbi wiċċek minni? 15  Ilni nbati u fil-periklu li mmutMinn mindu kont żagħżugħ;Jien qtajt qalbi minħabba l-affarijiet koroh li ħallejtni ngħaddi minnhom. 16  Jien inħossni bla saħħa minħabba r-rabja kbira tiegħek;Qed twerwirni u minħabba f’hekk daqt immut. 17  L-attakki tiegħek dawruni bħal ilmijiet il-ġurnata kollha;Qed jiġu għal fuqi minn kull naħa.* 18  Int keċċejt ’il bogħod minni l-ħbieb u lil dawk li jħobbuni;Qisu d-dlam l-uniku ħabib li għandi.

Noti taʼ taħt

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”
Jew “ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Ħajti waslet fil-Qabar,” jew “f’Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “fil-qabar.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “f’Abaddon.”
Jew “twarrab lil ruħi.”
Jew forsi “kollha f’daqqa.”