Salm 33:1-22
33 Għajtu bil-ferħ minħabba Ġeħova, intom it-tajbin.
Hu xieraq li l-onesti jfaħħruh.
2 Irringrazzjaw lil Ġeħova bl-arpa;Faħħruh bil-kant waqt li ddoqqu* strument b’għaxar kordi.
3 Kantawlu għanja ġdida;Doqqu l-istrumenti bis-sengħa waqt li tgħajtu bil-ferħ.
4 Għax dak li jgħid Ġeħova hu veru,U tistaʼ tafdah f’kulma jagħmel.
5 Hu jħobb dak li hu sewwa u ġust.
L-imħabba* taʼ Ġeħova tidher f’kull ħaġa li għamel fuq l-art.
6 Bil-kmand taʼ Ġeħova nħolqot is-sema,U bin-nifs* tiegħu kulma hemm fiha.*
7 Hu jagħlaq l-ilma tal-baħar bħallikieku b’ħitan;Hu jpoġġi l-baħar imqalleb fl-imħażen.
8 Jalla d-dinja kollha tirrispetta ħafna lil* Ġeħova.
Jalla n-nies tal-art kollha juruh rispett kbir.
9 Għax hu tkellem, u kollox beda jeżisti;Hu ta kmand, u hekk sar.
10 Ġeħova fixkel il-pjanijiet* tal-ġnus;Hu ħassar dak li l-popli kienu beħsiebhom jagħmlu.
11 Imma d-deċiżjonijiet taʼ Ġeħova se jibqgħu għal dejjem;L-intenzjonijiet tiegħu ma jinbidlux minn ġenerazzjoni għal oħra.
12 Ferħan hu l-ġens li l-Alla tiegħu hu Ġeħova,Il-poplu li hu għażel biex ikun tiegħu.
13 Ġeħova jħares mis-semaU jara lin-nies kollha.
14 Minn fejn jgħix,Hu jinnota lin-nies tal-art.
15 Hu l-wieħed li jagħmel il-qalb taʼ kulħadd;Hu jeżamina dak kollu li jagħmlu.
16 Imbilli re jkollu armata kbira ma jfissirx li se jsalva;Imbilli raġel ikun b’saħħtu ma jfissirx li se jsalva bis-saħħa tiegħu.
17 Tafdax fiż-żiemel biex tirbaħ gwerra, għax tiġi mqarraq;Is-saħħa kbira tiegħu mhix garanzija li se taħrab.
18 Għajnejn Ġeħova huma fuq dawk li jirrispettawh ħafna*U li qed jistennewh jurihom imħabba u lealtà.*
19 Dan jagħmlu biex jeħlishom* mill-mewt,U jżommhom ħajjin meta jkun hemm il-ġuħ.
20 Aħna* qed nistennew lil Ġeħova jaġixxi.
Hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.
21 Aħna nifirħu minħabba dak li jagħmel,Għax nafdaw fl-isem qaddis tiegħu.
22 Ġeħova, jalla tibqaʼ turina mħabba u lealtà,Waqt li aħna nibqgħu nistennew lilek biex taġixxi.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Doqqulu l-mużika bi.”
^ Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “bl-ispirtu qaddis.”
^ Letteralment “l-armata kollha tagħha.”
^ Letteralment “tibżaʼ minn.”
^ Jew “l-intenzjoni.”
^ Letteralment “jibżgħu minnu.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “jeħles ruħhom.”
^ Jew “Ruħna.”

