Salm 99:1-9

  • Ġeħova, ir-Re qaddis

    • Qiegħed fuq it-tron fuq il-kerubini (1)

    • Alla li jaħfer u jikkastiga (8)

99  Ġeħova sar Re. Ħa jitriegħdu l-popli. Hu qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini. Ħa titriegħed l-art.  2  Ġeħova wera l-qawwa tiegħu f’Sijon,Hu qiegħed fl-għoli fuq il-popli kollha.  3  Ħa jfaħħru lil ismek kbir u qaddis,Għax hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah.  4  Int re b’saħħtu li tħobb il-ġustizzja. Int għamilt ċert li dejjem isir dak li hu tajjeb. Int rajt li jsir dak li hu sew u ġust f’Ġakobb.  5  Onoraw lil Ġeħova l-Alla tagħnaU milu* quddiem il-banketta għal saqajh;Hu qaddis.  6  Mosè u Aron kienu fost il-qassisin tiegħu,U Samwel kien fost dawk li jużaw ismu meta jitolbu. Huma kienu jitolbu lil Ġeħova,U hu kien iwiġibhom.  7  Hu kien ikellimhom mill-kolonna tas-sħab. Huma obdew it-tfakkiriet u l-liġijiet li tahom.  8  Ġeħova Alla tagħna, int wiġibthom. Int ħfirtilhom,Imma kkastigajthom* għall-ħażen li għamlu.  9  Onoraw lil Ġeħova l-Alla tagħnaU milu* quddiem il-muntanja qaddisa tiegħu,Għax Ġeħova l-Alla tagħna hu qaddis.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “bejn.”
Jew “qimuh.”
Letteralment “għamilt vendetta.”
Jew “qimuh.”