Salm 21:1-13

  • Barkiet għar-re li jafda f’Ġeħova

    • Ir-re jingħata ħajja twila (4)

    • L-għedewwa t’Alla se jinqerdu (8-12)

Lid-direttur. Għanja taʼ David. 21  Ġeħova, ir-re jifraħ bis-saħħa li għandek;Hu ferħan ħafna għax int issalvah!  2  Int tajtu dak li tixtieq qalbu,U ma ċaħħadtux minn dak li talbek. (Sela)  3  Għax int tbierku ħafna,U tpoġġilu kuruna tad-deheb fin* fuq rasu.  4  Hu talbek ħajja twila,U int tajtu ħajja twila, saħansitra għal dejjem.  5  Il-glorja tiegħu hi kbira għax int salvajtu. Int tajtu unur u sbuħija.  6  Int tbierku għal dejjem;Hu jħossu ferħan għax int miegħu.*  7  Ir-re jafda f’Ġeħova,Hu qatt mhu se jitfixkel,* għax l-Iktar Għoli jurih imħabba u lealtà.*  8  Idek se taqbad lill-għedewwa kollha tiegħek;Idek il-leminija se taqbad lil dawk li jobogħduk.  9  Fiż-żmien li għażilt, int se teqridhom bħallikieku titfagħhom fin-nar. Ġeħova, int se tikkastigahom meta tkun irrabjat, u n-nar se jeqridhom. 10  Lit-tfal* tagħhom se tneħħihom minn fuq l-art,U lil dawk li jiġu minnhom se teqridhom għalkollox. 11  Għax huma kellhom il-ħsieb li jagħmlulek il-ħsara;Il-pjanijiet ħżiena tagħhom mhux se jirnexxu. 12  Int se ġġegħelhom iduru lura u jaħarbuBilli timmira l-qaws* tiegħek lejhom.* 13  Ġeħova, agħmel xi ħaġa u uri s-saħħa tiegħek. Aħna se nfaħħruk bil-kant* għall-qawwa tiegħek.

Noti taʼ taħt

Jew “irfinut.”
Jew “għax qiegħed quddiem wiċċek.”
Jew “mhu se jogħtor (jitriegħed).”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Il-frott.”
Letteralment “il-kordi tal-qaws.”
Letteralment “lejn wiċċhom.”
Letteralment “inkantaw u ndoqqu l-mużika.”