Salm 122:1-9

  • Talba għall-paċi f’Ġerusalemm

    • Ikun ferħan meta jmur fit-tempju taʼ Ġeħova (1)

    • Belt magħquda u ħaġa waħda (3)

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David. 122  Jien fraħt meta qaluliBiex immorru fit-tempju taʼ Ġeħova.  2  Aħna morna hemmU dħalna mill-bibien taʼ Ġerusalemm.  3  Ġerusalemm hi belt mibnija sew,Magħquda u ħaġa waħda.  4  It-tribujiet taʼ Jah*Telgħu fihaFi qbil mat-tfakkira tiegħu lil Iżrael. Dan għamluh biex jirringrazzjaw lil isem Ġeħova.  5  Għax hemmhekk tqiegħdu t-tronijiet għall-ġudizzju,It-tronijiet ta’ dawk li jiġu minn David.  6  Itolbu li jkun hemm il-paċi f’Ġerusalemm. Dawk li jħobbu lil din il-belt se jkunu protetti.  7  Jalla jibqgħu fil-paċi dawk li jgħixu ’l ġewwa mis-swar tagħha. Jalla jkunu protetti dawk li jgħixu fit-torrijiet iffortifikati tagħha.  8  Peress li nħobb lil ħuti u lill-ħbieb tiegħi, se ngħid: “Jalla n-nies tal-belt jgħixu fil-paċi.”  9  Peress li nħobb it-tempju taʼ Ġeħova l-Alla tagħna,Jien nixtiqilha l-ġid il-belt.

Noti taʼ taħt

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.