Salm 27:1-14
Għanja taʼ David.
27 Ġeħova hu d-dawl tiegħi u l-wieħed li jsalvani.
Minn min se nibżaʼ?
Ġeħova hu bħal fortizza li tipproteġini.
Minn min se nitwerwer?
2 Meta nies ħżiena, li huma għedewwa tiegħi, attakkawni biex jeqirduni,Huma tfixklu u waqgħu.
3 Anki jekk armata tikkampja biex tattakkani,M’iniex se nibżaʼ.
Anki jekk tqum gwerra kontrija,Se nibqaʼ nafda f’Alla.
4 Ħaġa waħda tlabtu lil Ġeħova,Din hi x-xewqa tiegħi:
Li ngħix fid-dar taʼ Ġeħova tul ħajti kollha,Biex nara s-sbuħija taʼ ĠeħovaU biex inħares lejn it-tempju* tiegħu u napprezzah.*
5 Għax f’jum it-tbatija hu se jaħbini fil-post taʼ kenn tiegħu;Hu se jaħbini fil-post sigriet tat-tinda tiegħu;Hu jqegħedni fuq blata fl-għoli.
6 Issa qed nirbaħ lill-għedewwa tiegħi li jduruni;Jien se noffri sagrifiċċji fit-tinda tiegħu u ngħajjat bil-ferħ;Se nfaħħar bil-kant lil* Ġeħova.
7 Ġeħova, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna;Ħenn għalija u wiġibni.
8 Jien ftakart li int għedt:
“Fittxu li tkunu approvati minni.”*
Ġeħova, jien se nfittex li nkun approvat minnek.
9 Taħbix wiċċek minni.
Tkeċċinix meta tkun irrabjat.
Int il-wieħed li tgħinni;Alla tiegħi li ssalvani, tabbandunanix u titlaqnix.
10 Anki jekk missieri u ommi jabbandunawni,Ġeħova se jilqagħni għandu.
11 Ġeħova, għallimni dwar it-triq tiegħek,Iggwidani fit-triq it-tajba għax jien imdawwar bl-għedewwa.
12 Tagħtinix f’idejn l-għedewwa tiegħi,Għax hemm min qed jagħti xhieda falza kontrija,U huma jhedduni bi vjolenza.
13 Min jaf x’kien jiġri minni kieku ma kellix fidi*Li se nesperjenza l-qalb tajba taʼ Ġeħova kemm indum ħaj!
14 Ittama f’Ġeħova;Kun kuraġġuż u sod.
Iva, ittama f’Ġeħova.
Noti taʼ taħt
^ Jew “is-santwarju.”
^ Jew “u nimmedita.”
^ Jew “Se ndoqq il-mużika għal.”
^ Letteralment “Fittxu lil wiċċi.”
^ Jew forsi “Jien għandi fidi.”

