Salm 126:1-6

  • In-nies taʼ Sijon jiġu lura bil ferħ

    • “Ġeħova għamel affarijiet kbar” (3)

    • Il-biki jinbidel f’ferħ (5, 6)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 126  Meta n-nies taʼ Sijon kienu lsiera, Ġeħova ġabhom lura,U aħna ħsibna li kienet ħolma.  2  F’dak iż-żmien, tgħidx kemm konna nidħqu u ngħajtu bil-ferħ. F’dak iż-żmien, il-popli kienu jgħidu: “Ġeħova għamel affarijiet kbar għalihom.”  3  Ġeħova għamel affarijiet kbar għalina,U aħna ferħanin ħafna.  4  Ġeħova, ġib lura lill-ilsiera,Bħalma x-xita terġaʼ timla x-xmajjar tan-Negeb.*  5  Dawk li jiżirgħu bil-bikiSe jaħsdu b’għajjat taʼ ferħ.  6  Dak li xorta jmur l-għalqa u jieħu ż-żerriegħa miegħu,Għalkemm jibki,Żgur li jmur lura b’għajjat taʼ ferħWaqt li jġorr il-qatet li jkun ġabar.

Noti taʼ taħt

Jew “il-widien tan-Nofsinhar.”