Salm 62:1-12
Lid-direttur; taʼ Ġedutun.* Għanja taʼ David.
62 Jien* se nistenna bil-paċenzja lil Alla biex jaġixxi.
Hu se jsalvani.
2 Fil-fatt, hu l-blata u l-wieħed li jsalvani;Hu l-post taʼ protezzjoni* tiegħi;Jien qatt mhu se niġi mfixkel għalkollox.
3 Kemm se ddumu tattakkaw lil xi ħadd sabiex toqtluh?
Intom perikolużi bħal ħajt immejjel li daqt jaqaʼ.*
4 Għax intom tiftiehmu bejnietkom biex tniżżluh mill-pożizzjoni għolja* tiegħu;Intom tieħdu pjaċir tigdbu.
Taparsi tbierku lil xi ħadd, imma f’qalbkom tkunu qed tisħtuh. (Sela)
5 Jien* se nistenna bil-paċenzja lil Alla biex jaġixxiGħax jien fih nittama.
6 Fil-fatt, hu l-blata u l-wieħed li jsalvani;Hu l-post taʼ protezzjoni tiegħi;Jien qatt mhu se niġi mfixkel għalkollox.
7 Minn Alla jiġu s-salvazzjoni u l-glorja tiegħi.
Hu l-blata b’saħħitha u l-protezzjoni tiegħi.
8 Afda fih il-ħin kollu, poplu tiegħi.
Iftaħ qalbek miegħu.
Alla hu l-protezzjoni tagħna. (Sela)
9 Il-bnedmin huma sempliċi nifs.
In-nies mhux taʼ min jafdahom.
Meta jitqiegħdu flimkien fuq miżien, huma eħfef minn sempliċi nifs.
10 Tafdawx fil-frodi għas-suċċess,U tittamawx fis-serq biex issiru sinjuri.
Jekk jiżdidilkom il-ġid, torbtux qalbkom miegħu.
11 Jien smajt lil Alla jgħidli darbtejnLi s-saħħa tiġi mingħandu.
12 Ġeħova, int turi mħabba u lealtà,*Għax int tagħti lil kulħadd skont dak li ħaqqu.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ruħi.”
^ Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”
^ Jew forsi “Intom qed tagħmlu dan bħallikieku hu ħajt immejjel, ħajt li daqt jaqaʼ.”
^ Jew “tneħħulu d-dinjità.”
^ Jew “Ruħi.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

