Salm 90:1-17
Talba taʼ Mosè, il-qaddej tal-Alla l-veru.
90 Ġeħova, int dejjem kont post taʼ protezzjoni għalina.*
2 Int eżistejt saħansitra qabel ma twieldu l-muntanji,Qabel ma ħlaqt l-art u kulma fiha.
Int Alla minn dejjem għal dejjem.
3 Int tibgħat lill-bnedmin lura lejn it-trab;Int tgħid: “Erġgħu lura lejn it-trab, bnedmin.”
4 Għax elf sena huma bħal jum* li jgħaddi malajr għalik,Bħal ftit sigħat* matul il-lejl.
5 Int tiknishom ’l hemm; huma jisparixxu bħal ħolma.
Filgħodu jkunu bħal ħaxix li jinbet.
6 Filgħodu dan jikber u jisbieħ;Imma sa filgħaxija jidbiel u jinxef.
7 Għax aħna ġejna fix-xejn bir-rabja tiegħekU mwerwrin bir-rabja kbira tiegħek.
8 Int konxju tal-iżbalji tagħna;*U tistaʼ tara ċar dak li nagħmlu fil-moħbi.
9 Ħajjitna qed tispiċċa minħabba r-rabja kbira tiegħek;Aħna mmutu malajr bħal nifs li jisparixxi faċilment.
10 Il-bniedem jgħix 70 sena,Jew 80 jekk ikun b’saħħtu ħafna.
Imma l-ħajja hi mimlija problemi u wġigħ;Din tgħaddi malajr, u aħna nispiċċaw.
11 Min jistaʼ jifhem kemm hi b’saħħitha r-rabja tiegħek?
Ir-rabja tiegħek hi kbira daqs ir-rispett* li jixraqlek.
12 Għallimna nużaw ħajjitna bl-aħjar mod,*Biex b’hekk ikollna qalb għarfa.
13 Ġeħova, ħenn għalina! Kemm se ddum din is-sitwazzjoni?
Ħa tiġik ħniena minna, il-qaddejja tiegħek.
14 Urina mħabba u lealtà* filgħodu,Ħalli ngħajtu bil-ferħ u nifirħu ħajjitna kollha.
15 Ferraħna għaż-żmien li ġegħeltna nbatu,Għas-snin kollha li kellna l-inkwiet.
16 Jalla l-qaddejja tiegħek jaraw l-affarijiet tajbin kollha li tagħmel,U jalla t-tfal tagħhom jaraw is-saħħa kbira tiegħek.
17 Jalla tberikna, Ġeħova Alla tagħna,Jalla tgħinna nirnexxu f’dak li nagħmlu.
Iva, jalla tgħinna nirnexxu.
Noti taʼ taħt
^ Jew “post fejn ngħixu.”
^ Letteralment “bħall-bieraħ.”
^ Jew “għassa.”
^ Letteralment “Int qegħedt l-iżbalji tagħna quddiemek.”
^ Letteralment “il-biżaʼ.”
^ Jew “ngħoddu jiemna.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

