Salm 116:1-19

  • Għajna taʼ ringrazzjament

    • “X’nistaʼ nagħti lil Ġeħova?” (12)

    • “Jien se nixrob mit-tazza biex nirringrazzjah talli salvani” (13)

    • “Jien se nagħmel dak li wegħedt lil Ġeħova” (14,18)

    • Ġeħova jweġġaʼ meta jmut xi ħadd leali (15)

116  Jien inħobbu lil ĠeħovaGħax hu jismagħni* meta nitolbu bil-ħniena biex jgħinni.  2  Hu jagħti kasi,*U sakemm indum ħaj, lilu se ngħajjat għall-għajnuna.  3  Il-ħbula tal-mewt daru miegħi. Il-Qabar ħatafni taħt idu.* Jien kont qed inbati u mdejjaq ħafna.  4  Imma tlabt lil Ġeħova billi użajt ismu, u għedtlu: “Ġeħova, eħlisni!”*  5  Ġeħova hu qalbu tajba* u ġust;L-Alla tagħna hu ħanin.  6  Ġeħova jipproteġi lil dawk bla esperjenza. Jien batejt ħafna u hu salvani.  7  Jalla nerġaʼ nistrieħ,*Għax Ġeħova ttrattani b’qalb tajba.  8  Alla tiegħi, int ħlistni* mill-mewt,Ixxottajtli d-dmugħ, u ma ħallejtnix nitfixkel.  9  Jien se ngħix u naqdi lil Ġeħova. 10  Għalkemm kont qed inbati ħafna,Jien tkellimt dwar dak li nemmen għax kelli l-fidi. 11  Meta kont ippanikjat għedt: “In-nies kollha giddibin.” 12  X’nistaʼ nagħti lil ĠeħovaGħal dak kollu li għamel miegħi? 13  Jien se nixrob mit-tazza biex nirringrazzjah talli salvani.* Se nfaħħar isem Ġeħova. 14  Jien se nagħmel dak li wegħedt lil ĠeħovaQuddiem il-poplu kollu tiegħu. 15  Ġeħova jweġġaʼ jekk imutu l-leali tiegħu. 16  Ġeħova, nitolbok bil-ħniena għax jien il-qaddej tiegħek. Jien it-tifel tal-ilsira tiegħek. Int ħlistni meta kont marbut. 17  Jien se noffrilek is-sagrifiċċju taʼ ringrazzjament;Se nfaħħar lil ismek, Ġeħova. 18  Jien se nagħmel dak li wegħedt lil ĠeħovaQuddiem il-poplu kollu tiegħu, 19  Fil-btieħi tat-tempju taʼ Ġeħova,F’nofs Ġerusalemm. Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew forsi “Jien inħobb għax Ġeħova jismagħni.”
Letteralment “imejjel widintu lejja.”
Letteralment “It-tbatija taʼ Xeol sabitni.”
Jew “eħles lil ruħi.”
Jew “juri mogħdrija.”
Letteralment “terġaʼ tistrieħ ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “ħlist lil ruħi.”
Jew “ngħolli t-tazza tas-salvazzjoni grandjuża.”
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.