Salm 17:1-15

  • Talba għall-protezzjoni

    • “Int eżaminajtli qalbi” (3)

    • “Fid-dell taʼ ġwinħajk” (8)

Talba taʼ David. 17  Ġeħova, ismaʼ t-talba bil-ħniena tiegħi u ara li ssirli ġustizzja;Agħti kas l-għajta tiegħi għall-għajnuna;Ismaʼ t-talba sinċiera tiegħi.  2  Jalla tieħu deċiżjoni ġusta għalija;Jalla għajnejk stess jaraw dak li hu tajjeb.  3  Int eżaminajtli qalbi anki billejl;Int irfinajtni;Se ssir taf li jien ma ppjanajt xejn ħażinU li ma żbaljajtx b’dak li għedt.  4  Ukoll, jien ma nimitax lill-ħallelin, bħalma jagħmel ħaddieħor,Għax jien nismaʼ minnek.  5  Jalla nibqaʼ nimxi kif tixtieqni int,Li ma mmurx naqaʼ u ma nibqax nobdik.  6  Alla tiegħi, jien ngħajjatlek għax naf li żgur se twiġibni. Agħti kasi* u ismaʼ kliemi.  7  Lil dawk li qed ifittxu protezzjoni fuq il-lemin tiegħek,Int se ssalvahom minn dawk li qed jirribellaw kontrik. Uri l-imħabba u l-lealtà* tiegħek billi tagħmel affarijiet mill-isbaħ.  8  Ipproteġini bħall-mimmi t’għajnejk;Aħbini fid-dell taʼ ġwinħajk.  9  Ipproteġini mill-ħżiena li jattakkawni,Mill-għedewwa tiegħi li jduruni. 10  Huma m’għadhomx iħossu għal ħaddieħor;*Huma jitkellmu b’arroganza. 11  Issa daru lili u lil dawk li kienu miegħiU qed ifittxu opportunità biex jagħmlulna l-ħsara.* 12  Kull wieħed minnhom hu bħal iljun imlebleb biex iqattaʼ l-annimal li qabad,Bħal iljun b’saħħtu li jitbaxxa biex jattakka. 13  Aġixxi Ġeħova; iffaċċjahom u irbħilhom;Salvani* mill-ħżiena bix-xabla tiegħek; 14  Ġeħova, uża s-saħħa tiegħek biex teħlisniMin-nies ħżiena taʼ din id-dinja,* li din il-ħajja biss għandhom. Dawn kuntenti bl-affarijiet tajbin li int tipprovdiU jħallu wirt lill-ħafna tfal tagħhom. 15  Imma jien qed nagħmel dak li hu sewwa, u għalhekk li se tapprovani.* Jien se nkun sodisfatt meta nqum u narak.

Noti taʼ taħt

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “dawru qalbhom bix-xaħam.”
Jew “jitfgħuna mal-art.”
Jew “Salva lil ruħi.”
Jew “taʼ din is-sistema tal-affarijiet.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “se nara wiċċek.”