Salm 55:1-23

  • Jitlob meta jiġi ttradut minn ħabib

    • Mgħajjar minn ħabib tal-qalb (12-14)

    • “Ħalli l-ansjetajiet tiegħek f’idejn Ġeħova” (22)

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Maskil* taʼ David. 55  Alla tiegħi, ismaʼ t-talba tiegħi,U tinjoranix meta nitolbok turini ħniena.*  2  Agħti kasi u wiġibni. L-inkwiet li għandi mhux qed iħallini norqod,U qed inħossni mifxul  3  Minħabba dak li qed jgħid l-għadu tiegħiU l-pressjoni tal-wieħed ħażin. Għax huma jaqilgħuli l-inkwietU jittrattawni ħażin b’mibegħda.  4  Qalbi muġugħa,U jien imwerwer minħabba l-mewt.  5  Jien nibżaʼ u nitriegħed;It-twerwir jikkontrollani.  6  Jien inkompli ngħid: “Mank kelli ġwienaħ bħal taʼ ħamiema! Kieku kont intir u noqgħod f’post taʼ protezzjoni.  7  Kieku naħrab ’il bogħod u ngħix fid-deżert. (Sela)  8  Kont ngħaġġel biex insib post taʼ kenn. ’Il bogħod mir-riħ qawwi u mill-maltempata.”  9  Ġeħova, ħawwadhom u fixkel il-pjanijiet tagħhom,Għax jien rajt lin-nies jiġġieldu u jkunu vjolenti fil-belt. 10  Lejl u nhar huma jimxu fuq is-swar tagħha;Fiha hemm ħażen u inkwiet. 11  Fiha hemm diżastru;Fil-pjazza tagħha, in-nies dejjem jiġu maħqurin u mqarrqin. 12  Dak li qed jgħajjarni mhuwiex għadu tiegħi;Kieku kont nissaportih. Dak li ħadha kontrija mhuwiex wieħed li jobgħodni;Kieku kont ninħeba minnu. 13  Imma hu bniedem bħali, li nistmah daqsi,Il-ħabib tiegħi li naf sew. 14  Qabel konna ħbieb sew;Konna nidħlu fid-dar t’Alla flimkien maʼ ħafna oħrajn. 15  Ħa jinqerdu l-għedewwa tiegħi! Ħa jinżlu fil-Qabar* ħajjin;Għax hemm il-ħażen fejn jgħixu u f’qalbhom. 16  Imma min-naħa tiegħi, jien se ngħajjat lil Alla Ġeħova għall-għajnuna,U hu se jsalvani. 17  Jien ninkwieta u nibki filgħodu, f’nofsinhar, u filgħaxija,U hu jismagħni. 18  Hu se jeħlisni* minn dawk li jiġġieldu kontrija u jagħtini* l-paċi,Għax ġew ħafna kontrija. 19  Alla, li ilu fuq it-tron minn żmien twil ilu,Se jismaʼ u jaġixxi kontrihom. (Sela) Għax huma, dawk li m’għandhomx rispett lejn* Alla,Mhux se jkunu jridu jinbidlu. 20  Hu* attakka lil sħabu;Ma żammx kelmtu. 21  Kliemu hu iktar artab mill-butir,Imma f’qalbu hu lest li jiġġieled. Kliemu tieħu pjaċir bih bħaż-żejt,Imma fil-fatt jaqtaʼ daqs xabla. 22  Ħalli l-ansjetajiet tiegħek f’idejn Ġeħova,U hu jgħinek. Hu qatt mhu se jħalli lil wieħed ġust jaqaʼ.* 23  Imma int, Alla tiegħi, se tniżżel lill-ħżiena fl-iktar ħofra fonda. Dawk li joqtlu u jqarrqu se jmutu qabel iż-żmien. Imma jien se nafda fik.

Noti taʼ taħt

Jew “U tinħebiex meta nitolbok biex tgħinni.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “jagħti lil ruħi.”
Letteralment “ma jibżgħux minn.”
Jiġifieri l-ħabib li kellu u li ssemma fil-versi 13 u 14.
Jew “jogħtor (jitriegħed).”