Salm 132:1-18

  • Jintgħażlu David u Sijon

    • “Twarrabx il-magħżul tiegħek” (10)

    • Il-qassisin taʼ Sijon se jiġu salvati (16)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 132  Ġeħova, ftakar f’David,U fit-tbatija kollha tiegħu;  2  Hu ħalef lilek, Ġeħova;Hu għamel din il-wegħda miegħek, l-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb:  3  “Mhux se nidħol fid-dar tiegħi. Mhux se norqod fuq is-sodda tiegħi;  4  Jien mhux se norqodU lanqas nagħlaq għajnejja  5  Sakemm insib post għal Ġeħova,Post mill-isbaħ* għall-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb.”  6  Aħna smajna dwaru f’Efrata;Sibnieh fil-foresta.  7  Ejja mmorru fil-post fejn joqgħod;*Ejja mmilu ħdejn il-banketta għal saqajh.  8  Ġeħova, ejja u idħol fil-post taʼ mistrieħ tiegħek,Int u l-Arka li turi s-saħħa tiegħek.  9  Jalla l-qassisin tiegħek jagħmlu kollox bil-ġustizzja. Jalla l-leali tiegħek jgħajtu bil-ferħ. 10  Minħabba dak li wegħedt lil David il-qaddej tiegħek,Twarrabx il-magħżul tiegħek.* 11  Ġeħova, int ħlift lil David;Int żgur mhux se tmur lura minn dan il-kliem li għedt: “Jien se nqiegħed fuq it-tron tiegħekWieħed mid-dixxendenti tiegħek. 12  Jekk it-tfal tiegħek iżommu l-patt tiegħiU t-tfakkiriet li tajthom,*Anki t-tfal tagħhomJoqogħdu fuq it-tron tiegħek għal dejjem.” 13  Għax int, Ġeħova, għażilt lil Sijon;Int xtaqtha bħala post fejn tgħix u għedt: 14  “Dan hu l-post taʼ mistrieħ għalija għal dejjem;Hawnhekk se ngħix, għax hekk nixtieq. 15  Jien se nbierek bil-kbir din il-belt bl-ikel;Se nxebbaʼ lill-foqra tagħha bil-ħobż. 16  Jien se nsalva lill-qassisin,*U l-leali tiegħi se jgħajtu bil-ferħ. 17  Hemmhekk se nżid is-saħħa* taʼ David. Jien ħadt passi biex il-magħżul tiegħi jkollu dixxendent li jmexxi.* 18  Jien se nġiegħel lill-għedewwa tiegħu jistħu,Imma l-kuruna* tiegħu se tleqq.”

Noti taʼ taħt

Jew “Tabernaklu kbir.”
Jew “fit-tabernaklu l-kbir tiegħu.”
Letteralment “Iddawwarx wiċċ il-midluk tiegħek.”
Letteralment “għallimthom.”
Jew “Lill-qassissin tagħha se llibbishom is-salvazzjoni.”
Letteralment “il-qrun.”
Jew “Jien xgħelt lampa għall-midluk tiegħi.”
Jew “id-dijadema.”