Salm 128:1-6

  • Il-ferħ jiġi milli nirrispettaw ħafna lil Ġeħova

    • Mara miżżewġa hi bħal dielja li jkollha ħafna għeneb (3)

    • “Jalla tara l-ġid taʼ Ġerusalemm” (5)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 128  Ferħanin ikunu dawk kollha li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova,Li jgħixu kif jixtieq hu.  2  Int se tiekol dak li ħdimt iebes għalih. Se tkun ferħan u tgawdi l-ġid.  3  Fid-dar tiegħek, martek se jkollha ħafna tfalBħal dielja li jkollha ħafna għeneb;Int se tkun imdawwar bit-tfal mal-mejda tiegħekBħal siġra taż-żebbuġ imdawra bil-friegħi.  4  Hekk se jitbierek dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova.  5  Ġeħova se jbierkek minn Sijon. Jalla tara l-ġid taʼ Ġerusalemm tul ħajtek kollha  6  U tara t-tfal tat-tfal. Jalla jkun hemm il-paċi f’Iżrael.

Noti taʼ taħt

Letteralment “jibżgħu minn.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”