Salm 36:1-12

  • L-imħabba u l-lealtà prezzjużi t’Alla

    • Il-ħażin ma jibżax minn Alla (1)

    • Alla hu l-wieħed li jagħti l-ħajja (9)

    • “Bid-dawl tiegħek, aħna nistgħu naraw id-dawl” (9)

Lid-direttur. Għanja taʼ David, il-qaddej taʼ Ġeħova. 36  Il-bniedem ħażin iħalli qalbu tiġi ggwidata mid-dnub;Hu ma jibżax minn Alla.  2  Għax hu jiġi mqarraq bil-ħsibijiet tiegħu stess,Tant li la jinduna bl-iżball tiegħu u lanqas jobogħdu.  3  Kliemu jweġġaʼ u jqarraq;Hu m’għadx għandu għaqal biex jagħmel dak li hu tajjeb.  4  Hu jippjana kif jagħmel il-ħsara anki fuq is-sodda tiegħu. Hu jaqbad triq li mhix tajba;Ma jwarrabx dak li hu ħażin.  5  Ġeħova, l-imħabba* tiegħek tasal sas-sema,Il-lealtà tiegħek sas-sħab.  6  Il-ġustizzja tiegħek hi bħall-muntanji li għamilt int;Il-ġudizzji tiegħek huma bħal ilmijiet fondi ħafna. Ġeħova, int issalva* lill-bniedem u l-annimal.  7  Kemm huma prezzjużi l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Alla tiegħi! In-nies jiġu għall-protezzjoni taħt id-dell taʼ ġwinħajk.  8  Huma jieħdu sa ma jixbgħu mill-aqwa affarijiet* li għandek fid-dar tiegħek;Int tagħtihom ħafna affarijiet tajbin, bħallikieku tagħtihom jixorbu minn xmara li fiha ħafna ilma.  9  Int il-wieħed li tagħti l-ħajja;Bid-dawl tiegħek, aħna nistgħu naraw id-dawl. 10  Kompli uri mħabba u lealtà maʼ dawk li jafuk,U l-ġustizzja maʼ dawk taʼ qalb onesta. 11  Tħallix il-kburi jgħaffiġni b’saqajh,Jew lil min hu ħażin ikeċċini. 12  Il-ħżiena ġew megħluba;Huma ġew imwaqqgħin u ma jistgħux jerġgħu jqumu.

Noti taʼ taħt

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “iżżomm ħaj.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “mix-xaħam.”