Salm 129:1-8

  • Attakkawni imma ma rebħulix

    • Dawk li jobogħdu lil Sijon jiġu mġiegħla jistħu (5)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 129  “Mindu kont żagħżugħ ma waqfux jattakkawni” (Ħa jirrepetu dan l-Iżraelin)  2  “Mindu kont żagħżugħ ma waqfux jattakkawni;Imma ma rebħulix.  3  Xi wħud għamluli dahri bħal għalqa li qed tiġi maħruta;Huma għamluli linji twal fuq dahri.”  4  Imma Ġeħova hu ġust;Hu salvani mill-ħżiena li jaħqruni.  5  Dawk kollha li jobogħdu lil SijonSe jiġu mġiegħla jistħu u jaħarbu umiljati.  6  Huma jsiru bħal ħaxix li jikber fuq il-bjut,Li jinxef qabel jaqtgħuh,  7  Li min jaħsdu ma jkollux biex jimla idU min jiġbru ma jkollux biex jagħmel qatta.  8  Dawk li jgħaddu minn ħdejhom mhux se jgħidu: “Jalla Ġeħova jberikkom;Inberkukom f’isem Ġeħova.”

Noti taʼ taħt