Salm 8:1-9

  • Il-glorja t’Alla u d-dinjità tal-bniedem

    • “Ismek hu kbir!” (1,9)

    • ‘X’inhu l-bniedem?’ (4)

    • Il-bniedem imżejjen bis-sbuħija (5)

Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja taʼ David. 8  Mulej tagħna Ġeħova, ismek hu kbir mad-dinja kollha;Il-glorja tiegħek hi iktar għolja mis-sema!*  2  Minħabba l-għedewwa tiegħek, int urejt is-saħħa li għandekPermezz tat-tifħir mingħand it-tfal u t-trabi. Dan għamiltu biex issikket lil dawk li huma kattivi u jiħduha kontrik.  3  Meta nara s-sema tiegħek li int ħlaqt,*Il-qamar u l-istilel li int għamilt,  4  Jien naħseb: ‘X’inhu l-bniedem biex int tiftakar fih,U bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?’  5  Int għamiltu ftit inqas mill-anġli,*U żejjintu bil-glorja u s-sbuħija.  6  Int tajtu awtorità fuq dak li ħlaqt;U poġġejt kollox taħt il-kontroll tiegħu:  7  In-nagħaġ, il-mogħoż, il-baqar kollha,L-annimali slavaġ,  8  L-għasafar, il-ħut,U kulma jgħix fil-baħar.  9  Mulej tagħna Ġeħova, ismek hu kbir mad-dinja kollha!

Noti taʼ taħt

Jew forsi “Int li l-glorja tiegħek tiġi mfaħħra ’l fuq mis-sema!”
Letteralment “xogħol subgħajk.”
Jew “minn dawk li qishom allat.”