Salm 9:1-20

  • Jitkellem dwar l-affarijiet tal-għaġeb t’Alla

    • Ġeħova hu post taʼ protezzjoni (9)

    • Li tkun taf isem Alla jfisser li tafda fih (10)

Lid-direttur; fuq Mut-labben.* Għanja taʼ David. א [Alef] 9  Ġeħova, jien se nfaħħrek b’qalbi kollha;Se nitkellem dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt.  2  Se nifraħ u naqbeż bil-ferħ minħabba dak li int għamilt;Se nfaħħar bil-kant lil* ismek l-Iktar Għoli. ב [Bet]  3  Meta l-għedewwa tiegħi jaħarbu,Int se tfixkilhom u teqridhom.  4  Għax int se tiddefendi l-kawża ġusta tiegħi;Int tiġġudika bil-ġustizzja mit-tron tiegħek. ג [Gimel]  5  Int ikkundannajt il-popli u qridt il-ħżiena. Ħadd mhu se jibqaʼ jiftakarhom iktar.  6  L-għedewwa u l-bliet tagħhom inqerdu għal dejjem,U huma se jiġu minsijin għalkollox. ה [Ħe]  7  Imma Ġeħova se jibqaʼ fuq it-tron għal dejjem,Hu se jibqaʼ jmexxi u dejjem se jiġġudika b’mod ġust.  8  Hu se jiġġudika lin-nies tad-dinja kollha* bil-ġustizzja;Hu se jiġġudikahom skont dak li hu ġust. ו [Waw]  9  Ġeħova se jsir post taʼ protezzjoni* għal min hu ttrattat ħażin,Post taʼ protezzjoni fi żminijiet diffiċli. 10  Dawk li jafu lil ismek se jafdaw fik,Int qatt mhu se titlaq lil dawk li jfittxuk, Ġeħova. ז [Żajin] 11  Faħħru bil-kant lil Ġeħova, li jgħix f’Sijon;Tkellmu man-nies dwar dak li għamel. 12  Alla se jiftakar f’dawk li qed ibatu u se jikkastiga lil dawk li qatluhom;Hu qatt mhu se jinsa l-għajta tagħhom għall-għajnuna. ח [Ħet] 13  Ħenn għalija, Ġeħova; innota kemm qed inbati minħabba dawk li jobogħduni. Int issalvani minn ħalq* il-mewt. 14  B’hekk inkun nistaʼ nitkellem fil-bibien tal-belt taʼ* Sijon dwar l-affarijiet li għamilt int u li huma taʼ min ifaħħarhom,U nifraħ għax issalvani. ט [Tet] 15  Il-popli waqgħu fil-ħofra li għamlu huma;Sieqhom inqabdet fix-xibka li ħbew. 16  Ġeħova hu magħruf għall-ġudizzju tiegħu. Il-ħżiena se jinqabdu f’nassa minħabba dak li jagħmlu. Ħiggajon.* (Sela) י [Jod] 17  Il-ħżiena se jmorru lejn il-Qabar,*Il-popli kollha li jinsew lil Alla se jmorru hemm. 18  Imma Alla mhux se jinsa lill-foqra. Dak li jittamaw għalih in-nies umli se jiġri. כ [Kaf] 19  Agħmel xi ħaġa, Ġeħova! Tħallix bniedem jirbaħlek. Jalla l-popli jiġu ġġudikati quddiemek. 20  Ġegħelhom jibżgħu, Ġeħova,Ħalli jkunu jafu li huma sempliċi bnedmin. (Sela)

Noti taʼ taħt

Jew “indoqq il-mużika għal.”
Jew “l-art produttiva.”
Jew “post fl-għoli taʼ sigurtà.”
Letteralment “bibien.”
Letteralment “fil-bibien ta’ bint.”
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.