Salm 148:1-14

  • Il-ħolqien kollu għandu jfaħħar lil Ġeħova

    • “Faħħruh, anġli kollha tiegħu” (2)

    • ‘Faħħruh, xemx, qamar, u stilel’ (3)

    • Iż-żgħar u l-kbar għandhom ifaħħru lil Alla (12, 13)

148  Faħħru lil Jah!* Faħħru lil Ġeħova, intom li qegħdin fis-sema;Faħħruh, intom li qegħdin fl-għoli.  2  Faħħruh, anġli kollha tiegħu. Faħħruh, armata kollha tiegħu.  3  Faħħruh, xemx u qamar. Faħħruh, stilel kollha.  4  Faħħruh, l-ogħla sema* u s-sħab tax-xita.  5  Ħa jfaħħru isem Ġeħova dawn l-affarijiet kollha,Għax hu ta kmand, u dawn inħolqu.  6  Hu jżommhom f’posthom għal dejjem. Ħareġ liġi li se tibqaʼ tgħodd.  7  Faħħru lil Ġeħova mill-art,Intom il-ħlejjaq kbar tal-baħar u l-ilmijiet fondi kollha.  8  Faħħruh, sajjetti u silġ, borra u sħab oħxon,Riefnu qawwi li tagħmel dak li jgħidlek.  9  Faħħruh, muntanji u għoljiet kollha,Siġar tal-frott u siġar taċ-ċedri kollha. 10  Faħħruh, annimali slavaġ u annimali mansi kollha,Għasafar u kull tip t’annimal* ieħor. 11  Faħħruh, rejiet tal-art u popli kollha,Mexxejja u mħallfin kollha tal-art. 12  Faħħruh, ġuvintur u tfajliet,*Anzjani u żgħażagħ flimkien. 13  Jalla dawn ifaħħru isem Ġeħova,Għax ismu hu l-aqwa wieħed. Il-glorja tiegħu hi akbar mis-sema u l-art. 14  Hu se jagħti iktar saħħa lill-poplu* tiegħu,Se jżid it-tifħir tal-leali kollha tiegħu,Jiġifieri tat-tfal t’Iżrael, il-poplu qrib tiegħu. Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Letteralment “smewwiet tas-smewwiet.”
Jew “t’annimal li jitkaxkar.” Milli jidher dan jinkludi rettili u tipi differenti t’annimali mill-kategoriji l-oħrajn.
Letteralment “verġni.”
Letteralment “jgħolli l-qarn tal-poplu.”
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.