Salm 66:1-20
Lid-direttur. Għanja.
66 Nies tal-art kollha, għajtu bil-ferħ u faħħru lil Alla.
2 Faħħru bil-kant lil* ismu glorjuż.
Igglorifikawh u faħħruh.
3 Għidu lil Alla: “Dak li tagħmel hu tal-għaġeb!
L-għedewwa tiegħek se jiġu għandek imbeżżgħinMinħabba l-qawwa kbira tiegħek.
4 In-nies kollha se jmilu quddiemek,Huma se jfaħħruk bil-kant;Se jfaħħru bil-kant lil ismek.” (Sela)
5 Ejjew araw x’għamel Alla.
Dak li għamel għan-nies hu tal-għaġeb.
6 Hu bidel il-baħar f’art niexfa;Il-poplu qasam ix-xmara bil-mixi.
Hemmhekk bdejna nifirħu minħabba dak li għamel għalina.
7 Hu jmexxi għal dejjem bil-qawwa tiegħu.
Hu jżomm għajnejh fuq il-popli.
Dawk taʼ rashom iebsa m’għandhomx jitkabbru. (Sela)
8 Faħħru lill-Alla tagħna, intom il-popli,U ħa jiġi mfaħħar b’leħen għoli.
9 Hu jżommna ħajjin,*Ma jħalliniex nitfixklu.*
10 Għax int eżaminajtna, Alla tagħna;Int irfinajtna bħalma tiġi rfinuta l-fidda.
11 Int qbadtna f’xibka;Int taqqaltna bil-problemi.*
12 Int ħallejt lin-nies jgħaddu minn fuqna;*Aħna batejna bħallikieku għaddejna min-nar u l-ilma;Imbagħad ħadtna f’post taʼ mistrieħ.
13 Jien se niġi fid-dar tiegħek b’offerti sħaħ tal-ħruq;Jien se nżomm kelmti,
14 Dak li wegħedtek meta kont għaddej mill-inkwiet.
15 Se noffrilek offerti tal-ħruq t’annimali msemmninMad-duħħan tas-sagrifiċċji tal-imtaten.
Jien se noffri barrin mal-bdabad. (Sela)
16 Intom li għandkom rispett kbir lejn* Alla, ejjew isimgħu,U jien ngħidilkom dak li għamel għalija.*
17 Jien għajjattlu għall-għajnuna u gglorifikajtu.
18 Kieku jien żammejt f’qalbi,Ġeħova ma kienx jismagħni.
19 Imma Alla semagħni;Ta kas it-talba tiegħi.
20 Ħa jkun imfaħħar Alla, li aċċetta t-talba tiegħiU wrieni mħabba u lealtà.*
Noti taʼ taħt
^ Jew “Doqqu l-mużika għal.”
^ Jew “iżommilna ruħna ħajja.”
^ Jew “nogħtru; nitriegħdu.”
^ Jew “Qegħedt tagħbija fuq ġenbejna.”
^ Letteralment “jirkbu fuq rasna.”
^ Letteralment “tibżgħu minn.”
^ Jew “għal ruħi.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

