Salm 22:1-31
Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ* “Iċ-Ċerva taʼ Meta Jisbaħ.” Għanja taʼ David.
22 Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?
Għala ma tiġix issalvani,U ma tismagħnix nibki minħabba l-uġigħ?
2 Alla tiegħi, jien nibqaʼ ngħajjatlek għall-għajnuna lejl u nhar,U int ma twiġibnix.
3 Imma int qaddis,Imdawwar bit-tifħir* t’Iżrael.
4 Missirijietna fdaw fik;U peress li fdaw fik, int bqajt teħlishom.
5 Huma għajtulek għall-għajnuna, u int salvajthom;Fdaw fik, u ma kinux iddiżappuntati.*
6 Imma jien spiċċajt imwaqqaʼ għaċ-ċajt u mmaqdar min-niesBħallikieku jien xi dudu, u mhux bniedem.
7 Dawk kollha li jarawni jwaqqgħuni għaċ-ċajt;Huma jiddieħqu bija, ixenglu rashom, u jgħidu:
8 “Hu straħ fuq Ġeħova. Ħa jsalvah Hu!
Ħa jeħilsu Hu, la hu tant għażiż Għalih!”
9 Int kont il-Wieħed li ħriġtni minn żaqq ommi,Il-Wieħed li għentni nħossni protett f’idejn ommi.
10 Int ħadt ħsiebi minn mindu twilidt;Ilek l-Alla tiegħi mindu kont f’żaqq ommi.
11 Toqgħodx ’il bogħod minni,Għax ġej l-inkwiet u m’għandi lil ħadd ħliefek biex jgħinni.
12 Daruni ħafna għedewwa biex jattakkawni;Qishom barrin b’saħħithom tal-art tal-Basan.
13 Huma jiftħu ħalqhom beraħ għalija,Bħal iljun jgħajjat li jqattaʼ biċċiet il-priża tiegħu.
14 Ma baqagħlix saħħa, qisni ilma li ġie mferraʼ,L-għadam kollu tiegħi nqalaʼ minn mal-ġogi.
Qalbi saret bħax-xemaʼU qed iddub ġo fija.
15 Saħħti nixfet bħal biċċa fuħħar;Ilsieni jeħel mas-saqaf taʼ ħalqi;Int ħadtni fil-ħofra biex immut.
16 L-għedewwa tiegħi daruni bħall-klieb;Grupp taʼ nies ħżiena rassewni.
Qed jigdmuli jdejja u saqajja bħal iljun.
17 Nistaʼ ngħodd l-għadam tiegħi kollu.
Huma jħarsu lejja u jiċċassaw.
18 Huma qassmu ħwejġi bejniethomU tellgħuhom bix-xorti.
19 Imma jekk jogħġbok Ġeħova, tibqax ’il bogħod minni.
Int is-saħħa tiegħi; fittex għinni.
20 Salvani* mix-xabla,Eħlisli l-ħajja prezzjuża tiegħi* mill-klieb li qed jattakkawni;
21 Salvani minn ħalq l-iljun u mill-qrun tal-barrin slavaġ;Wiġibni u salvani.
22 Se nxandar ismek lil ħuti;Se nfaħħrek f’nofs il-kongregazzjoni.
23 Faħħru lil Ġeħova, intom li tirrispettawh ħafna!*
Igglorifikawh intom li tiġu minn Ġakobb!
Uruh rispett kbir intom li tiġu minn Iżrael!
24 Għax hu la għalaq għajnejh u lanqas injora l-uġigħ taʼ dak li qed ibati;Hu ma ħebiex wiċċu minnu.
Meta għajjatlu għall-għajnuna semgħu.
25 Jien se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira;Se nagħmel dak li wegħedt quddiem dawk li jirrispettawk ħafna.*
26 L-umli se jieklu u jixbgħu;Dawk li qed ifittxu lil Ġeħova se jfaħħruh.
Jalla tgawdu l-ħajja* għal dejjem.
27 In-nies kollha tal-art se jiftakru f’Ġeħova u jduru lejh.
Il-familji tal-popli kollha se jmilu quddiemu.
28 Għax Ġeħova hu r-Re;Hu jmexxi fuq il-popli kollha.
29 Is-sinjuri* kollha tal-art se jieklu u jmilu quddiemu;Dawk kollha li sejrin lejn it-trab se jinżlu għarkopptejhom quddiemu;Ħadd minnhom ma jistaʼ jżomm lilu nnifsu ħaj.*
30 Dawk li se jiġu minnhom se jaqdu lilu;Il-ġenerazzjoni taʼ warajhom se tismaʼ dwar Ġeħova.
31 Huma se jitkellmu dwar l-affarijiet ġusti tiegħu.
Huma se jgħidu lin-nies li għadhom ma twildux dwar dak li għamel.
Noti taʼ taħt
^ Jew forsi “fl-istil mużikali taʼ.”
^ Jew “Fuq it-tron fost it-tifħir.”
^ Jew “u ma kellhomx għalxiex jistħu.”
^ Jew “Salvali ruħi.”
^ Letteralment “l-unika waħda li għandi.”
^ Letteralment “tibżgħu minnu.”
^ Letteralment “jibżgħu minnek.”
^ Letteralment “qalbkom tgħix.”
^ Letteralment “Il-ħoxnin.”
^ Jew “lil ruħu ħajja.”

