Salm 124:1-8

  • “Li kieku Ġeħova ma kienx magħna”

    • Jaħarbu min-nassa mkissra (7)

    • ‘L-għajnuna tagħna tiġi minn Alla, li jismu Ġeħova’ (8)

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David. 124  “Li kieku Ġeħova ma kienx magħna,”(Ħa jirrepetu dan l-Iżraelin)  2  “Li kieku Ġeħova ma kienx magħnaMeta l-għedewwa attakkawna,  3  Kienu jibilgħuna ħajjin,Minħabba r-rabja kbira li kellhom għalina.  4  Kieku kienu jġorruna bħall-ilmijietU jkaxkruna* bħall-wied.  5  Kieku għaddew minn fuqna* bħall-mewġ qawwi.  6  Ħa jkun imfaħħar Ġeħova,Għax hu pproteġiena mill-għedewwa li huma bħal annimali feroċi.  7  Aħna* bħal għasfur li ħarabMin-nassa taʼ kaċċatur;In-nassa kienet imkissra,U aħna ħrabna.  8  L-għajnuna tagħna tiġi mingħand Alla, li jismu Ġeħova,Dak li Għamel is-sema u l-art.”

Noti taʼ taħt

Jew “ikaxkru lil ruħna.”
Jew “fuq ruħna.”
Jew “Ruħna.”