Salm 107:1-43

  • Irringrazzjaw lil Alla għall-affarijiet tal-għaġeb li għamel

    • Hu mexxiehom fit-triq it-tajba (7)

    • Hu xebbaʼ lil dawk li kienu bil-għatx u bil-ġuħ (9)

    • Hu ħariġhom mid-dlam (14)

    • Hu ta kmand biex ifejjaqhom (20)

    • Hu jipproteġi lill-foqra mill-moħqrija (41)

107  Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;L-imħabba u l-lealtà* tiegħu jibqgħu għal dejjem.  2  Ħa jgħidu hekk dawk li ġew salvati* minn Ġeħova,Dawk li hu salva minn id l-għedewwa tagħhom,  3  Dawk li hu ġabar mill-artijiet,Mil-Lvant u l-Punent,*U mit-Tramuntana u min-Nofsinhar.  4  Huma qagħdu jduru u jagħqdu fix-xagħri, fid-deżert;Huma ma sabux belt fejn joqogħdu.  5  Huma kienu bil-ġuħ u bil-għatx;Tant għejew* li ħassewhom dgħajfin.  6  Huma baqgħu jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;Hu salvahom mid-diffikultajiet tagħhom.  7  Hu mexxiehom fit-triq it-tajbaBiex jaslu f’belt li setgħu joqogħdu fiha.  8  Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħuU għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.  9  Għax hu xebbaʼ lil dawk li kienu* bil-għatxU ta ikel tajjeb lil dawk li kienu* bil-ġuħ. 10  Xi wħud kienu qed jgħixu fi dlam ċappa. Huma kienu priġunieri marbutin bil-ktajjen u kienu qed ibatu. 11  Għax huma rribellaw kontra dak li qalilhom Alla;Ma rrispettawx il-pariri tal-Iktar Għoli. 12  Għalhekk, hu umiljahom billi ħalliehom ibatu;Huma waqgħu* u ma kienx hemm min jgħinhom. 13  Huma għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;Hu salvahom mid-diffikultajiet tagħhom. 14  Hu ħariġhom minn dlam ċappaU qaċċat il-ktajjen tagħhom. 15  Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħuU għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin. 16  Għax hu kisser il-bibien tar-ramU qaċċat l-istaneg tal-ħadid. 17  Il-boloh batew minħabba l-iżbalji u d-dnubiet tagħhom. 18  Huma ma kellhomx aptit jieklu,*U kważi mietu.* 19  Huma kienu jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;Hu kien isalvahom mid-diffikultajiet tagħhom. 20  Hu kien jagħti kmand biex ifejjaqhomU jsalvahom mill-ħofor li kienu fihom. 21  Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħuU għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin. 22  Ħa joffru sagrifiċċji taʼ ringrazzjamentU jxandru bil-ferħ l-affarijiet li għamel. 23  Dawk li jivvjaġġaw bil-vapuriU jinnegozjaw fuq l-ilmijiet bla tarf, 24  Raw l-affarijiet li għamel ĠeħovaU l-affarijiet sbieħ li hu ħalaq fil-baħar. 25  Huma raw kif bil-kmand t’Alla jqum riefnu li jgħolli l-mewġ. 26  Dawk li jkunu fil-vapuriJogħlew u jinżlu mal-mewġ. Minħabba l-periklu, jitilfu l-kuraġġ.* 27  Huma jitbandlu u jixxenglu bħal raġel fis-sakra,U l-abbiltajiet kollha tagħhom ikunu għalxejn. 28  Imbagħad huma jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna minħabba s-sitwazzjoni li jkunu fiha,U hu jsalvahom mid-diffikultà tagħhom. 29  Hu jikkalma r-riefnu, u l-mewġ ibatti. 30  Huma jifirħu meta t-temp jikkalma,U hu jwassalhom fil-port li jridu. 31  Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħuU għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin. 32  Ħa jonorawh fost il-poplu miġbur,U ħa jfaħħruh fil-post fejn jiltaqgħu l-anzjani.* 33  Hu jbiddel ix-xmajjar f’deżert,In-nixxigħat tal-ilma f’art niexfa, 34  U art li tagħti ħafna ħxejjex f’waħda li ma tipproduċi xejn. Dan jagħmlu minħabba l-ħażen taʼ dawk li jgħixu fiha. 35  Hu jbiddel id-deżert f’għadajjar bil-qasab,U l-art niexfa f’nixxigħat tal-ilma. 36  Hu jgħin lil dawk li huma bil-ġuħ jissetiljaw hemmhekk,Sabiex ikunu jistgħu jibnu belt fejn jgħixu. 37  Huma jiżirgħu l-għelieqi u jħawlu d-dwieli,U dawn jagħtu ħafna frott. 38  Hu jbierek lin-nies u jsiru ħafna,U l-baqar tagħhom ikomplu jiżdiedu. 39  Imma dawn jerġgħu jsiru ftit u jkunu umiljatiMinħabba l-moħqrija, it-tbatija, u l-inkwiet. 40  Hu jumilja lin-nies importantiU jġegħelhom iduru u jagħqdu fid-deżert. 41  Imma hu jipproteġi* lill-foqra mill-moħqrijaU jkabbar il-familji tagħhom daqs l-imrieħel. 42  Il-ġusti jifirħu meta jaraw dan,Imma dawk kollha li mhumiex ġusti se jagħlqu ħalqhom. 43  Kull min hu għaref se jinnota dawn l-affarijietU jaħseb sew dwar kif Ġeħova juri l-imħabba u l-lealtà tiegħu.

Noti taʼ taħt

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “mifdijin.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Minn tlugħ ix-xemx u nżulha.”
Jew “Tant ruħhom għejiet.”
Jew “lir-ruħ.”
Jew “lir-ruħ.”
Jew “tfixklu.”
Jew “Ruħhom bdiet tobgħod kull tip t’ikel.”
Letteralment “waslu ħdejn il-bibien tal-mewt.”
Jew “ruħhom iddub.”
Jew “iqiegħed fl-għoli,” jiġifieri f’post li ma jintlaħaqx.