Salm 39:1-13

  • Il-ħajja qasira

    • Il-bniedem hu bħal sempliċi nifs (5,11)

    • “Tinjorax il-biki tiegħi” (12)

Lid-direttur. Taʼ Ġedutun.* Għanja taʼ David. 39  Jien għedt: “Se noqgħod attentBiex ma niżbaljax b’dak li ngħid. Sakemm ikun hemm xi ħadd ħażin ħdejjaMhu se ngħid xejn, qisni għamilt sarima maʼ ħalqi.”  2  Jien ma ftaħtx ħalqi u qgħadt kwiet;M’għedt xejn, lanqas dwar dak li hu tajjeb,Imma l-uġigħ tiegħi baqaʼ jiżdied.  3  Qalbi bdiet taqbad.* Hekk kif qgħadt naħseb, in-nar baqaʼ jaqbad. Imbagħad għedt:  4  “Ġeħova, għinni nkun naf x’se jkun it-tmiem tiegħi,U kemm se ndum ħaj,Ħalli nkun naf kemm hi qasira ħajti.  5  Int tajtni ħajja qasira;Imqabblin miegħek, il-jiem taʼ ħajti huma vera ftit. Bla dubju, għalkemm kull bniedem jidher li hu fis-sigurtà, hu bħal sempliċi nifs. (Sela)  6  Il-bniedem jiġi u jmur bħal dell. Hu jitħabat* għalxejn. Hu jżid il-ġid bla ma jaf min se jgawdih.  7  Allura, għal xiex għandi nittama, Ġeħova? Int l-unika tama tiegħi.  8  Eħlisni mid-dnubiet kollha tiegħi. Tħallix lill-iblah iwaqqagħni għaċ-ċajt.  9  Jien bqajt m’għedt xejn;Ma stajtx niftaħ ħalqi,Għax kont int li kkastigajtni. 10  Neħħi l-kastig tiegħek minn fuqi. M’għadx għandi saħħa minħabba l-kastig tiegħek. 11  Int tikkoreġi lil xi ħadd billi tikkastigah għall-iżball tiegħu;Int iġġib fix-xejn l-affarijiet li hu jgħożż bħalma l-kamla tiekol id-drapp. Żgur li l-bniedem hu bħal sempliċi nifs. (Sela) 12  Ismaʼ t-talba tiegħi, Ġeħova,Ismaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna. Tinjorax il-biki tiegħi. Għax jien sempliċi mistieden għalik,Resident temporanju* bħal missirijieti. 13  Tħarisx lejja meta tkun irrabjat,Ħalli nerġaʼ nkun ferħan qabel immut.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “saħnet.”
Letteralment “jagħmel l-istorbju.”
Jew “Immigrant.”