Salm 150:1-6

  • Kull ħaġa li tieħu n-nifs, ħa tfaħħar lil Jah

    • Ħallelujah! (1,6)

150  Faħħru lil Jah!* Faħħru lil Alla fil-post qaddis tiegħu. Faħħruh taħt is-sema li turi s-saħħa tiegħu.  2  Faħħruh għall-affarijiet li għamel bil-qawwa tiegħu. Faħħruh għall-kobor immens tiegħu.  3  Faħħruh bil-ħoss tal-qarn. Faħħruh bl-istrument tal-korda u l-arpa.  4  Faħħruh bit-tanburlin u biż-żfin.* Faħħruh bl-istrument tal-korda u bil-flawt.  5  Faħħruh biċ-ċimbali jdamdmu. Faħħruh bil-ħoss qawwi taċ-ċimbali.  6  Kull ħaġa li tieħu n-nifs, ħa tfaħħar lil Jah. Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Jew “billi tiżfnu dawra tond.”
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.