Salm 34:1-22

  • Ġeħova jsalva l-qaddejja tiegħu

    • “Ejja nfaħħru lil ismu flimkien” (3)

    • L-anġlu taʼ Ġeħova jipproteġi (7)

    • “Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb” (8)

    • ‘Lanqas waħda mill-għadam tiegħu ma tinkiser’ (20)

Għanja taʼ David, meta hu għamilha taʼ miġnun quddiem Abimelek, u dan keċċieh. א [Alef] 34  Jien se nfaħħar lil Ġeħova l-ħin kollu;Mhux se nieqaf infaħħru. ב [Bet]  2  Jien* se niftaħar b’Ġeħova;L-umli se jisimgħu b’dan u jifirħu. ג [Gimel]  3  Agħtu glorja lil Ġeħova flimkien miegħi,Ejja nfaħħru lil ismu flimkien. ד [Dalet]  4  Jien tlabt lil Ġeħova u hu wiġibni. Hu ħelisni minn dak kollu li kien qed ibeżżagħni. ה [Ħe]  5  Ferħanin ikunu dawk li jafdaw fih,Huma mhux se jkunu ddiżappuntati. ז [Żajin]  6  L-umli għajjatlu, u Ġeħova semgħu. Hu salvah mit-tbatija kollha tiegħu. ח [Ħet]  7  L-anġlu taʼ Ġeħova jipproteġi lil dawk kollha li jirrispettaw ħafna lil* Alla,U hu jeħlishom. ט [Tet]  8  Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb;Ferħan ikun min idur lejh għall-protezzjoni. י [Jod]  9  Intom il-qaddisin tiegħu, irrispettaw ħafna lil* Ġeħova,Għax dawk li jirrispettawh ma jkun jonqoshom xejn. כ [Kaf] 10  Anki ljuni b’saħħithom ibatu l-ġuħ,Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova mhu se jonqoshom xejn. ל [Lamed] 11  Tfal tiegħi, ejjew u isimgħuni;Jien se ngħallimkom x’jiġifieri li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova. מ [Mem] 12  Jekk tixtiequ tgawdu l-ħajja,U tgħixu ħajja twila ferħana, נ [Nun] 13  Oqogħdu attenti li ma tgħidux* dak li hu ħażin,U lanqas titkellmu* bil-qerq. ס [Samek] 14  Tbiegħdu minn dak li hu ħażin u agħmlu t-tajjeb;Fittxu l-paċi u aħdmu għaliha. ע [Għajn] 15  Ġeħova jżomm għajnejh fuq it-tajbin,U hu jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna. פ [Pe] 16  Imma Ġeħova jdawwar wiċċu minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen,Biex iħassar kull tifkira tagħhom minn fuq l-art. צ [Sade] 17  It-tajbin għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna, u hu semagħhom;Hu ħelishom mit-tbatija kollha tagħhom. ק [Kof] 18  Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma;Hu jsalva lil dawk li huma mdejqin.* ר [Rex] 19  It-tajjeb ikollu ħafna diffikultajiet,*Imma Ġeħova jeħilsu minnhom kollha. ש [Xin] 20  Hu jipproteġilu l-għadam kollu;Lanqas waħda minnhom ma tinkiser. ת [Taw] 21  Il-ħżiena se jiġi diżastru fuqhom u jmutu;Dawk li jobogħdu lil min hu tajjeb se jiġu kkundannati. 22  Ġeħova qed isalva l-ħajja* tal-qaddejja tiegħu;Kull min idur lejh għall-protezzjoni mhux se jiġi kkundannat.

Noti taʼ taħt

^ Jew “Ruħi.”
^ Letteralment “jibżgħu minn.”
^ Letteralment “ibżgħu minn.”
^ Letteralment “tibżgħu minn.”
^ Letteralment “Żommu lsienkom minn.”
^ Letteralment “U xofftejkom milli jitkellmu.”
^ Jew “skuraġġiti.”
^ Jew “gwaj.”
^ Letteralment “jifdi r-ruħ.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.