Salm 53:1-6

  • Jiddeskrivi l-boloh

    • “Ġeħova ma jeżistix” (1)

    • “Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb” (3)

Lid-direttur; fuq l-istil taʼ Maħalat.* Maskil* taʼ David. 53  Il-boloh* jgħidu f’qalbhom: “Ġeħova ma jeżistix.” Huma ħżiena u jagħmlu affarijiet mill-agħar. M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.  2  Imma Alla jħares mis-sema lejn il-bnedminBiex jara jekk hemmx xi ħadd li hu għaqli,U jekk hemmx xi ħadd ifittex lil Ġeħova.  3  Ħadd ma baqaʼ jagħmel dak li hu sew;Kollha huma korrotti. Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb,Lanqas wieħed li hu wieħed.  4  Kif ħadd mill-ħżiena ma jifhem? Huma jibilgħu lin-nies tiegħi bħallikieku qed jieklu l-ħobż. Dawn ma jitolbux lil Ġeħova.  5  Imma huma se jitwerwru,B’mod li qatt ma esperjenzawh qabel,*Għax Alla se jxerred l-għadam taʼ dawk li qed jattakkawkom.* Intom se ġġegħluhom jistħu, għax Ġeħova telaqhom.  6  Jalla s-salvazzjoni t’Iżrael tiġi minn Sijon! Jalla Ġakobb u Iżrael jifirħuMeta Ġeħova jiġbor lura n-nies tiegħu li huma lsiera.

Noti taʼ taħt

Jew “Dawk bla sens.”
Jew forsi “Jibżgħu għalxejn.”
Letteralment “jikkampjaw kontrikom.”