Salm 85:1-13
Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
85 Ġeħova, int ħennejt għall-poplu tal-art tiegħek;Int ġibt lura lit-tfal taʼ Ġakobb li kienu ttieħdu bħala lsiera.
2 Int ħfirt l-iżbalji tal-poplu tiegħek;Għattejt* id-dnubiet kollha tagħhom. (Sela)
3 Int ikkontrollajt ir-rabja kollha tiegħek;Żammejt lura r-rabja kbira tiegħek.
4 Aċċettana lura,* Alla tagħna li ssalvana,U tibqax imdejjaq bina.
5 Se tibqaʼ rrabjat magħna għal dejjem?
Se tibqaʼ rrabjat minn ġenerazzjoni għal oħra?
6 Se terġaʼ int tagħtina l-ħajja,Ħalli nkunu nistgħu nifirħu minħabba fik?
7 Ġeħova, urina mħabba u lealtà,*U salvana.
8 Jien se nismaʼ dak li se jgħid Ġeħova l-Alla l-veru,Għax hu se jitkellem dwar il-paċi mal-poplu tiegħu, maʼ dawk li huma leali lejh.
Imma jalla ma jerġgħux jafdaw fihom infushom.
9 Hu żgur li se jsalva lil dawk li jirrispettawh ħafna,*Ħalli l-art tagħna tkun mimlija bil-glorja tiegħu.
10 L-imħabba* u l-lealtà se jiltaqgħu flimkien;Il-ġustizzja u l-paċi se jbusu lil xulxin.
11 Il-lealtà se tinbet mill-art bħall-ħaxix,U l-ġustizzja t’Alla se tidher bħal dawl mis-sema.
12 Ġeħova se jagħtina dak li hu tajjeb,*U l-art tagħna se tagħti l-prodott tagħha.
13 Il-ġustizzja se timxi qabluU tagħmillu triq quddiemu.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ħfirt.”
^ Jew “Iġborna lura.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “jibżgħu minnu.”
^ Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.”
^ Jew “il-ġid.”

