Salm 61:1-8
-
Alla hu torri b’saħħtu kontra l-għedewwa
-
“Jien se nkun mistieden fit-tinda tiegħek” (4)
-
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja taʼ David.
61 Alla tiegħi, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna.
Agħti kas it-talba tiegħi.
2 Meta qalbi tkun iddisprata*Jien ngħajjatlek għall-għajnuna minn truf l-art.
Ħudni fuq blata għolja.
3 Għax int il-wieħed li tipproteġini,Torri b’saħħtu li jipproteġini mill-għedewwa tiegħi.
4 Jien se nkun mistieden fit-tinda tiegħek għal dejjem;Se nistkenn taħt il-ġwienaħ tiegħek. (Sela)
5 Għax int, Alla tiegħi, smajt il-wegħdi li għamilt jien.
Tajtni l-wirt taʼ dawk li jirrispettaw ħafna lil* ismek.
6 Int se ttawwal il-ħajja tar-re,U hu se jibqaʼ jgħix għal ħafna snin.
7 Hu se joqgħod bilqiegħda fuq it-tron* quddiemek għal dejjem;Jalla l-imħabba u l-lealtà* tiegħek jipproteġuh.
8 Imbagħad se nfaħħar bil-kant lil* ismek għal dejjemHekk kif jum wara jum nagħmel dak li wegħedt.
Noti taʼ taħt
^ Jew “tkun dgħajfa.”
^ Letteralment “jibżgħu minn.”
^ Jew “se jgħix.”
^ Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “indoqq il-mużika għal.”

