Salm 10:1-18

  • Ġeħova jgħin lill-batuti

    • Il-ħażin jiftaħar li m’hemmx Alla (4)

    • Il-batuti jduru lejn Ġeħova (14)

    • “Ġeħova hu Re għal dejjem” (16)

ל [Lamed] 10  Ġeħova, għala qiegħed tant ’il bogħod? Għala qed tinħeba fi żminijiet diffiċli?  2  Il-ħażin bi kburija se jiġri wara l-batut,Imma hu stess se jinqabad f’wieħed mill-pjanijiet mill-agħar tiegħu.  3  Għax il-ħażin jiftaħar bix-xewqat egoistiċi tiegħuU jbierek lil min hu rgħib;*נ [Nun] Dan ma jirrispettahx lil Ġeħova.  4  Minħabba l-kburija, il-ħażin ma jfittixx lil Alla;Hu ċert li m’hemmx Alla.  5  Hu jirnexxi f’dak li jagħmelU qatt ma jistaʼ jifhem il-liġijiet tiegħek;Hu jwaqqaʼ għaċ-ċajt l-għedewwa kollha tiegħu.  6  Hu jgħid bejnu u bejn ruħu: “Qatt mhu se jiġrili xejn;*Jien qatt mhu* se jkolli problemi.” פ [Pe]  7  Minn ħalqu joħorġu biss saħtiet, gideb, u theddid;Hu juża lsienu biex jaqlaʼ l-problemi u l-inkwiet.  8  Hu jistaħba biex jattakka ħdejn l-irħula;Minn hemm joqtol lil xi ħadd innoċenti. ע [Għajn] Hu qiegħed għassa għal xi vittma.  9  Hu jistaħba u jistenna bħal iljun fil-moħba tiegħu. Joqgħod jistenna lill-batut U mbagħad jaqbdu fix-xibka. 10  Il-vittma tiġi megħluba u ma tkun tistaʼ tagħmel xejn;Id-dgħajfin jaqgħu taħt idejh.* 11  Bejnu u bejn ruħu, il-ħażin jgħid: “Alla nesa l-ħażen tiegħi. Hu jdawwar wiċċu u qatt ma jagħti kas.” ק [Kof] 12  Agħmel xi ħaġa, Ġeħova. Alla tiegħi, uri kemm int b’saħħtek. Tinsiex lill-batuti. 13  Il-ħażin għala ma jirrispettax lil Alla? Bejnu u bejn ruħu jgħid: “Alla mhux se jitlob kont minni.” ר [Rex] 14  Int tinnota l-inkwiet u t-tbatija. Int tara kollox u tagħmel xi ħaġa. Il-vittma lilek tfittex;Int tgħin lill-orfni.* ש [Xin] 15  Ikser id ir-raġel ħażin u mill-agħar. Ħalli meta tfittex il-ħażen tiegħu,Ma ssibux iktar. 16  Ġeħova hu Re għal dejjem taʼ dejjem. Il-popli ħżiena nqerdu u tneħħew mid-dinja. ת [Taw] 17  Imma int, Ġeħova, tismaʼ t-talba tal-umli. Int issaħħaħhom u tagħti kashom. 18  Se tara li ssir ġustizzja mal-orfni* u maʼ dawk li jiġu ttrattati ħażin,Ħalli ma jibqgħux jibżgħu minn sempliċi bniedem.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “U r-rgħib ibierek lilu nnifsu.”
Jew “Qatt mhu se nogħtor (nitriegħed).”
Letteralment “Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni mhux.”
Jew “id-dwiefer b’saħħithom tiegħu.”
Letteralment “lit-tifel bla missier.”
Letteralment “mat-tfal bla missier.”