Salm 71:1-24

  • Il-fiduċja li għandhom dawk kbar fl-età

    • Jafda f’Alla minn meta kien żagħżugħ (5)

    • “Meta ma tantx ikolli saħħa” (9)

    • ‘Alla għallimni minn mindu kont żagħżugħ’ (17)

71  Ġeħova, jien lejk dort għall-protezzjoni. Jalla qatt ma niġi umiljat.  2  Salvani u eħlisni għax int ġust. Ismagħni* u salvani.  3  Sir għalija fortizza fil-blat fejn dejjem nistaʼ nidħol. Ibgħat lil xi ħadd biex isalvani,Għax int il-blata u l-fortizza tiegħi.  4  Alla tiegħi, eħlisni minn idejn il-ħżiena,Minn idejn dawk li jaħqruni b’mod inġust.  5  Għax int it-tama tiegħi, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox;*Jien ilni nafda fik* minn meta kont żagħżugħ.  6  Ilni niddependi minnek mit-twelid;Int għentni meta ħriġt minn żaqq ommi. Jien infaħħrek il-ħin kollu.  7  Ħafna jammirawni minħabba dak li ġrali,Imma jien naf li int l-aqwa protezzjoni tiegħi.  8  Se nitkellem il-ġurnata kollha dwar is-sbuħija tiegħek,U se nfaħħrek.  9  Twarrabnix fi xjuħiti;Titlaqnix meta ma tantx ikolli saħħa. 10  L-għedewwa tiegħi jitkellmu kontrija,U dawk li qed jipprovaw joqtluni* jiftiehmu bejniethom, 11  U jgħidu: “Alla abbandunah. Ejja niġru warajh u naqbduh, għax m’hemmx min isalvah.” 12  Alla tiegħi, toqgħodx ’il bogħod minni. Alla tiegħi, fittex għinni. 13  Jalla l-għedewwa tiegħiJiġu mġiegħla jistħu u jinqerdu. Jalla dawk li jipprovaw jagħmluli l-ħsaraJiġu ddiżonorati u umiljati ħafna. 14  Imma min-naħa tiegħi, se nistenna lilek biex taġixxi;Se nkompli nfaħħrek iktar. 15  Jien se nitkellem dwar il-ġustizzja tiegħek,Il-ġurnata kollha se nsemmi d-drabi li int salvajt,Għalkemm huma ħafna biex nifhimhom.* 16  Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,Jien se nitkellem dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt int;Jien se nsemmi biss il-ġustizzja tiegħek. 17  Alla tiegħi, int għallimtni minn mindu kont żagħżugħ,U s’issa għadni nxandar dwar l-affarijiet tal-għaġeb tiegħek. 18  Alla tiegħi, tabbandunanix lanqas meta nixjieħ u xagħri jibjad. Ħallini nitkellem dwar is-saħħa tiegħek* mal-ġenerazzjoni li jmissU dwar is-saħħa tiegħek maʼ dawk li ġejjin warajja. 19  Alla tiegħi, il-ġustizzja tiegħek hi kbira ħafna. Int għamilt affarijiet tal-għaġeb;Min hu bħalek, Alla tiegħi? 20  Għalkemm ġegħeltni ngħaddi minn tbatija u inkwiet,Erġaʼ agħtini s-saħħa;Tellagħni mill-ilmijiet fondi. 21  Jalla terġaʼ tagħtini d-dinjità,U tipproteġini u tgħinni nħossni aħjar. 22  Alla tiegħi, peress li int leali,Jien se nfaħħrek billi ndoqq strument tal-korda. Qaddis t’Iżrael,Jien se nfaħħrek bil-kant waqt li ndoqq l-arpa. 23  Se ngħajjat bil-ferħ waqt li nfaħħrek bil-kant,Għax int salvajtli ħajti.* 24  Jien se nitkellem dwar* il-ġustizzja tiegħek il-ġurnata kollha,Għax dawk li qed jipprovaw jeqirduni se jiġu umiljati u ddiżonorati.

Noti taʼ taħt

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”
Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”
Jew “Int il-fiduċja tiegħi.”
Jew “joqtlu lil ruħi.”
Jew “ngħoddhom.”
Letteralment “idek.”
Jew “ruħi.”
Jew “se nimmedita fuq.”