Int Mistieden

It-Tifkira tal-Mewt taʼ Ġesù

Il-Ħamis, 2 tʼApril 2026

Nistidnuk għal żewġ laqgħat mingħajr ħlas

Taħdita Speċjali minn Fuq il-Bibbja

“Min Se Jirranġa d-Dinja?”

Tgħallem x’futur sabiħ hemm għad-dinja u għall-bnedmin.

Sib fejn se ssir Taħdita Speċjali

It-Tifkira tal-Mewt taʼ Ġesù

F’din il-laqgħa importanti, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jfakkru l-mewt taʼ Ġesù bħalma kmandana nagħmlu hu.—Luqa 22:19.

Mistoqsijiet Komuni

Min jistaʼ jattendi?

Kulħadd. Tistaʼ tiġi mal-familja tiegħek.

Kemm iddum il-laqgħa?

It-Taħdita Speċjali minn fuq il-Bibbja ddum nofs siegħa. Wara t-taħdita jkun hemm diskussjoni dwar suġġett mill-Bibbja li ddum siegħa.

It-Tifkira ddum madwar siegħa.

Fejn se jsiru l-laqgħat?

Biex issib fejn, agħfas fuq il-kaxxa “Sib fejn se ssir Tifkira” jew “Sib fejn se ssir Taħdita Speċjali.”

Inkun obbligat biex nattendi laqgħat oħrajn?

Le.

Jinġabru flus waqt il-laqgħa?

Le. Aħna qatt ma niġbru flus waqt il-laqgħat tagħna.​—⁠Mattew 10:⁠8.

Hemm xi regoli kif għandek tilbes?

Le. Però, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jipprovaw jilbsu pulit u b’mod li jġib rispett.

X’jiġri waqt it-Tifkira?

Il-laqgħa tibda u tispiċċa billi nkantaw għanja, u wara, wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova jgħid talba. Fil-laqgħa jkollna taħdita li titkellem dwar kemm hi importanti l-mewt taʼ Ġesù u kif aħna nistgħu ngawdu dak li Alla u Kristu għamlu għalina.

Għal iktar informazzjoni, ara l-artiklu “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala josservaw l-Ikla tal-Mulej differenti minn reliġjonijiet oħrajn?

Fis-snin li ġejjin meta se ssir it-Tifkira?

2026: Il-Ħamis, 2 tʼApril

2027: It-Tnejn, 22 taʼ Marzu

2028: Il-Ħadd, 9 tʼApril

Biex titgħallem iktar, ara dawn il-vidjows.

Ftakar fil-Mewt taʼ Ġesù

Ara x’nagħmlu waqt it-Tifkira u x’futur mill-isbaħ jistaʼ jkollna minħabba li Ġesù miet għalina.

Ġesù Għala Miet?

Forsi kemm⁠-⁠il darba smajt li Ġesù miet għal dnubietna. Imma kif tistaʼ l-mewt taʼ bniedem wieħed tgħin lil miljuni taʼ nies?

X’jiġri f’Sala tas-Saltna?

Ara l-vidjow biex issir taf.

Iddawnlowdja dan l-invit f’diversi formats.