Salm 143:1-12

  • Jistenna lil Alla bħalma art niexfa tistenna x-xita

    • ‘Jien naħseb dwar xogħol idejk’ (5)

    • “Għallimni nagħmel dak li trid int” (10)

    • “Jalla tiggwidani bl-ispirtu tiegħek” (10)

Għanja taʼ David. 143  Ġeħova, ismaʼ t-talba tiegħi;Agħti kas it-talba tiegħi għall-għajnuna. Wiġibni għax int leali u ġust.  2  Jien il-qaddej tiegħek. Tiġġudikanix,Għax ħadd ma jistaʼ jkun ġust f’għajnejk.  3  Għax l-għadu tiegħi qed jiġri warajja;*Hu għaffiġni mal-art sakemm qatilni. Hu ġegħelni ngħix fid-dlam bħal dawk li ilhom mejtin.  4  Jien* qed niddgħajjef;M’għadni nħoss xejn.  5  Jien niftakar fi żmien twil ilu;Nimmedita fuq dak kollu li għamilt int;Jien naħseb sew* dwar xogħol idejk.  6  Jien għollejt idejja lejk biex nitlob;Qed* nistenniek bħalma art niexfa tistenna x-xita. (Sela)  7  Ġeħova, fittex wiġibni;Saħħti* qed tiddgħajjef. Taħbix wiċċek minni,Inkella nsir bħal dawk li neżlin fil-ħofra.*  8  Ħallini nesperjenza l-imħabba u l-lealtà* tiegħek filgħodu,Għax jien nafda fik. Urini kif għandi ngħix,Għax jien lilek nitlob biex tiggwidani.*  9  Ġeħova, eħlisni mill-għedewwa tiegħi. Jien lejk indur għall-protezzjoni. 10  Għallimni nagħmel dak li trid int,Għax int l-Alla tiegħi. Int tajjeb;Jalla tiggwidani bl-ispirtu tiegħekBiex inkun nistaʼ nevita l-perikli u d-diffikultajiet.* 11  Ġeħova, żommni ħaj minħabba ismek. Eħlisni* mit-tbatija tiegħi għax int ġust. 12  Ġib fix-xejn* lill-għedewwa tiegħi,Għax int turi mħabba u lealtà;Eqred lil dawk kollha li qed jaħqruni,*Għax jien il-qaddej tiegħek.

Noti taʼ taħt

Jew “wara ruħi.”
Letteralment “L-ispirtu tiegħi.”
Jew “nistudja.”
Jew “Ruħi.”
Letteralment “L-ispirtu tiegħi.”
Jew “fil-qabar.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “nerfaʼ ruħi lejk.”
Jew “Fl-art tal-ġusti.”
Jew “Eħles lil ruħi.”
Letteralment “Sikket.”
Jew “jaħqru lil ruħi.”