Salm 98:1-9

  • Ġeħova, Dak li Jsalva u Mħallef ġust

    • Ġeħova wera l-mod taʼ kif isalva (2, 3)

Għanja. 98  Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,Għax hu għamel affarijiet tal-għaġeb. Idu l-leminija, idu l-qaddisa, salvatna.  2  Ġeħova wera l-mod taʼ kif isalva;Wera l-ġustizzja tiegħu quddiem il-popli.  3  Hu ftakar fil-wegħda li għamel biex juri mħabba* u lealtà maʼ dar Iżrael. In-nies tal-art kollha raw kif l-Alla tagħna salvana.  4  Għajtu bil-ferħ u faħħru lil Ġeħova, nies tal-art kollha. Ifirħu, għajtu bil-ferħ, u faħħruh bil-kant.*  5  Faħħru lil* Ġeħova bl-arpa u l-kant.  6  Għajtu bil-ferħ quddiem ir-Re, Ġeħova,Waqt li ddoqqu t-trumbetti u l-qarn.  7  Ħa jfaħħar lil Alla l-baħar u kulma fih,L-art* u dawk kollha li jgħixu fiha.  8  Ħa jċapċpu x-xmajjar;Ħa jgħajtu bil-ferħ il-muntanji kollha  9  Quddiem Ġeħova, għax hu ġej* biex jiġġudika l-art. Hu se jiġġudika n-nies tal-art bil-ġustizzjaU lill-popli mingħajr preferenzi.

Noti taʼ taħt

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “doqqulu l-mużika.”
Jew “Doqqu l-mużika għal.”
Jew “L-art produttiva.”
Jew “ġie.”