Salm 130:1-8

  • ‘Jien ngħajjatlek għall-għajnuna fi żmien diffiċli’

    • “Kieku kellek tagħti kas l-iżbalji” (3)

    • Ġeħova jaħfer mill-qalb (4)

    • “Jien se nistenna bil-ħeġġa lil Ġeħova” (6)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 130  Ġeħova, jien ngħajjatlek għall-għajnunaGħax għaddej minn żmien diffiċli ħafna.  2  Ismagħni Ġeħova. Jalla tagħti kasi meta ngħajjatlek għall-għajnuna.  3  Jah,* kieku kellek tagħti kas* l-iżbalji,Min jistaʼ jevita li jiġi kkundannat minnek, Ġeħova?  4  Int taħfer mill-qalb,U għalhekk in-nies ikollhom rispett kbir lejk.*  5  Jien* nittama f’Ġeħova b’qalbi kollha;Se nistenna li jsir dak li wiegħed.  6  Jien* se nistenna bil-ħeġġa lil Ġeħova biex jgħinni,Iktar minn għassies li jistenna biex jasal filgħodu,Iva, iktar minn għassies li jistenna biex jasal filgħodu.  7  Jalla Iżrael jistenna lil Ġeħova biex jgħinu,Għax Ġeħova għandu mħabba u lealtà,U għandu qawwa kbira biex isalva.*  8  Hu se jaħfer l-iżbalji kollha tal-Iżraelin.

Noti taʼ taħt

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
Jew “iżżomm kont taʼ.”
Letteralment “jibżgħu minnek.”
Jew “Ruħi.”
Jew “Ruħi.”
Jew “jifdi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.